Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Mistoqsijiet u tweġibiet
Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21Indaħħlu l-Ewropa fis-seklu 21

Mistoqsijiet u tweġibiet

Idejn flimkien ma' stampa blu tal-mappa tal-Ewropa.Għalfejn l-Ewropa għandha bżonn it-Trattat ta’ Liżbona?

Biex twettaq il-potenzjal tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tal-modernizzazzjoni u tar-riforma. L-Unjoni Ewropea ta’ 27 membru qed taħdem b’regoli mfassla għal UE ta’ 15. Matul l-aħħar għaxar snin, l-Unjoni Ewropea kienet qed tfittex l-aħjar mod 'il quddiem biex ittejjeb l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha u ssaħħaħ il-kapaċità li taġixxi.

Fl-istess waqt, hemm appoġġ dejjem akbar għall-UE biex taħdem flimkien dwar kwistjonijiet li jaffettwawna lkoll, bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija u t-terroriżmu internazzjonali. Hekk kif l-UE kibret u r-responsabbiltajiet tagħha dbiddlu, jagħmel sens li jidbiddel ukoll il-mod kif taħdem. Titjib tant meħtieġ li għandu jiġi provdut bit-Trattat jinkludi l-meżżi biex l-UE tiffaċċja sfidi attwali fid-dinja tal-lum.

Hemm tliet raġunijiet fundamentali għat-Trattat: aktar effiċjenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; aktar demokrazija permezz ta’ sehem akbar tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; u aktar koerenza esterna. Dan kollu jippermetti li l-UE tippromwovi aħjar l-interessi taċ-ċittadin minn jum għall-ieħor.

Fuq
Koppja miexja f'folla.X'jibdel għaċ-ċittadin it-Trattat ta' Liżbona?

It-Trattat ta’ Liżbona saħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex taġixxi permezz ta’ koerenza esterna miżjuda, firxa aktar wiesa' ta’ politiki interni, riżultati aktar effettivi u kisbiet politiċi aħjar għaċ-ċittadin, u istituzzjonijiet moderni li jiffunzjonaw f'Unjoni ta' 27.

It-Trattat ta’ Liżbona jipprovdi leħen estern aktar b’saħħtu u koerenti għall-Unjoni Ewropea billi jgħaqqad il-funzjonijiet tar-Rappreżentanza Għolja għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ma’ dawk tal-Viċi President fil-Kummissjoni u joħloq Servizz ġdid għall-Azzjoni Esterna biex jappoġġja r-Rappreżentanza l-ġdida b’"żewġ rwoli". Se jipprovdi wkoll għajnuna diplomatika u ta’ konsultazzjoni aktar prattika għaċ-ċittadini meta jivvjaġġaw f’pajjiżi terzi.

It-Trattat ta’ Liżbona joffri rispons għat-tħassib taċ-ċittadini Ewropej. Pereżempju, l-impenn politiku għaż-żewġ sfidi tat-tibdil klimatiku u l-politika tal-enerġija jidher bis-sħiħ fit-Trattat. Għall-ewwel darba, it-trattati fihom taqsima dwar l-enerġija li tassennja għall-politika tal-Unjoni f’dan il-qasam l-għanijiet ta’ l-iżgurar tal-funzjonament kif suppost tas-suq tal-enerġija, b’mod partikolari l-provvista tal-enerġija u l-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u li nibżgħu għall-enerġija, u l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli.

Inħolqu possibilitajiet ġodda biex, pereżempju, jiġu ttrattati l-effetti bejn il-fruntieri tas-saħħa pubblika, il-protezzjoni ċivili u biex jappoġġaw l-attivitajiet sportivi bejn il-fruntieri. It-Trattat ta' Liżbona jqiegħed il-libertà, il-ġustizzja u s-sigurtà fiċ-ċentru tal-prijoritajiet tiegħu. L-Unjoni Ewropea tista’ taġixxi aħjar fejn jidħlu l-għaqdiet kriminali li jittraffikaw in-nies bejn il-fruntieri, tippromwovi u tappoġġa l-azzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u tgħin biex tinsab soluzzjoni għat-terroriżmu permezz ta' l-ifriżar tal-assi. Jikkonferma wkoll l-impenn tal-UE għall-iżvilupp ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni. It-Trattat ta’ Liżbona fih ukoll “klawżola ta’ solidarjetà” li tindika li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta’ solidarjetà jekk Stat Membru jisfa attakkat mit-terroristi jew ikun il-vittma ta' diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem.

Dawn l-innovazzjonijiet jagħtu lill-Unjoni l-possibbiltà li timplimenta aħjar il-politiki tagħha bil-għan li tiżgura t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, ittejjeb l-impjiegi u l-kondizjonijiet soċjali, ittejjeb is-sigurtà personali u kollettiva, tippromwovi ambjent aħjar u kondizzjonijiet tas-saħħa aħjar, tiżviluppa l-koeżjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri kif ukoll tagħmel progress xjentifiku u teknoloġiku u, fl-aħħar nett, ittejjeb l-abbiltà tagħha fix-xena internazzjonali.

It-Trattat ta’ Liżbona jistipula wkoll sistema istituzzjonali stabbli li jfisser li d-deċiżjonijiet jittieħdu aktar malajr, b’aktar trasparenza, b’kontroll demokratiku aħjar u b’rispett imsaħħaħ għad-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-livell xieraq. Iċ-ċittadini għandu jkollhom idea aħjar ta’ min huwa responsabbli għal xiex u għala l-Unjoni Ewropea qed taġixxi.

Għall-ewwel darba, miljun ċittadin minn Stati Membri differenti jistgħu wkoll jirrikjedu direttament li l-Kummissjoni tressaq inizjattiva li tinteressahom f’qasam li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-UE.

Fuq
Sessjoni plenarja fl-emiċiklu tal-Parlament Ewropew.Il-parlamenti nazzjonali għandhom aktar sehem fi kwistjonijiet Ewropej?

Iva. Il-parlamenti nazzjonali huma rikonoxxuti bis-sħiħ, għall-ewwel darba, bħala parti mill-materjal demokratiku tal-Unjoni Ewropea. Isiru arranġamenti speċjali biex jgħinu lill-parlamenti nazzjonali jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib mal-ħidma tal-Unjoni.

B’mod partikolari, il-parlamenti nazzjonali jistgħu jaġixxu bħala “klieb tal-għassa" għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. (Dan il-prinċipju għandu l-għan li jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu mill-qrib kemm jista' jkun taċ-ċittadin u li jkun hemm kontroll kontinwu dwar jekk ikunx ġustifikat li azzjoni fuq livell Komunitarju fid-dawl tal-possibilitajiet disponibbli fuq il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali). Għandhom is-setgħa li jindaħlu fi stadju bikri, qabel ma l-proposta tkun ikkunsidrata fid-dettall mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri.

Fuq
Żewġ persuni jużaw telefow magħmul minn żewġ bottijiet u spaga.Iċ-ċittadini jistgħu jippreżentaw inizjattivi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni?

Iva. It-Trattat ta’ Liżbona jdaħħal l-Inizzjattiva Ewropea taċ-Ċittadin. Id-dispożizzjoni l-ġdida dwar id-demokrazija partiċipattiva tindika li miljun ċittadin minn għadd ġmielu ta’ Stati Membri jistgħu jieħdu l-inizzjattiva li jistiednu lill-Kummissjoni tissottometti kwalunkwe proposta xierqa dwar kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkonsidraw li att legali tal-Unjoni jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona. Id-dettalji ta’ din il-proċedura għandhom ikunu stipulati fil-leġiżlazzjoni.

Fuq
Żewġ xbejbiet jgħajtu ġo megafoni.It-Trattat ta’ Liżbona jagħmel il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar demokratiku?

Iva. It-Trattat ta’ Liżbona jżid l-għadd ta' oqsma politiċi fejn il-Parlament Ewropew li jiġi elett direttament irid japprova l-leġiżlazzjoni tal-UE flimkien mal-Kunsill magħmul minn Ministri nazzjonali (il-proċedura tal-"ko-deċiżjoni”).

It-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ il-kontroll demokratiku tal-Unjoni Ewropea b’sehem akbar kemm għall-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.

Jistabilixxi distribuzzjoni aktar ċara tal-poteri bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Dan jagħmilha eħfef għaċ-ċittadini biex jifhmu "min jagħmel xiex".

Fuq
Laqgħa madwar mejda bil-bnadar tal-UE u tal-pajjiżi tal-UE murijin f'nofsha.Tista’ tispejga s-sistema l-ġdida ta’ votazzjoni fil-Kunsill tal-Ministri?

Is-sistema standard ta’ votazzjoni fil-Kunsill tal-Ministri tkun “votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata” jew QMV (Qualified-majority voting). Din tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-maġġoranza doppja. Id-deċiżjonijiet fil-Kunsill tal-Ministri jkollhom bżonn l-appoġġ ta’ 55% tal-Istati Membri (attwalment 15 minn 27 pajjiż ta’ l-UE). Dan in-numru jirrappreżenta 65% tal-popolazzjoni tal-UE. Biex tkun ħaġa impossibbli għal numru verament żgħir tal-aktar Stati Membri b’popolazzjoni kbira li jwaqqfu milli tiġi adottata xi deċiżjoni, minoranza li topponi trid tkun magħmula minn mhux inqas minn erba' Stati Membri; Jekk dan ma jseħħx, il-maġġoranza kkwalifikata titqies bħala milħuqa anki jekk il-kriterju tal-popolazzjoni ma jintleħaqx.

Il-Kunsill Ewropew qabel li s-sistema l-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fl-2014. Fl-ewwel tliet snin, sal-2017, Stat Membru jista’ jirrekjedi li jiġi adottat att skont il-maġġoranza kwalifikata kif imfissra fit-Trattat attwali ta' Nizza.

Fuq
Bord tal-votazzjoni.Jittieħdu aktar deċiżjonijiet bil-votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata?

Iva. It-Trattat ta’ Liżbona jestendi l-votazzjoni bil-maġġoranza kkwalifikata għal oqsma ġodda ta' politika. Huwa wisq fl-interess tal-Unjoni Ewropea li tadotta metodu aktar issimplifikat fit-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi kwistjonijiet bħall-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku, is-sigurtà tal-eneġija u l-għajnuna umanitarja f'każi ta' emerġenza f'punti kruċjali madwar id-dinja. Xi wħud mit-tibdiliet l-oħra jindirizzaw kwistjonijiet bħall-inizjattivi taċ-ċittadini, ħarsien diplomatiku u fil-konsulati, u affarijiet proċedurali. L-unanimità tinżamm f’ċertu oqsma bħat-taxxa, il-politika barranija, id-difiża u l-sigurtà soċjali.

Fuq
Jigsaw puzzle turi s-simbolu tal-UE.X'inhu t-tibdil istituzzjonali ewlieni li ġie introdott bit-Trattat?

B’differenza mit-Trattati eżistenti, it-Trattat ta’ Liżbona joffri l-opportunità li fil-Kummissjoni jinżamm/tinżamm Kummissarju minn kull Stat Membru.

Il-Parlament Ewropew ma għandux aktar minn 751 membru. In-numru ta’ delegati għal kull pajjiż ikun ta' mhux aktar minn 96 u mhux anqas minn 6 għal kull Stat Membru.

Inħolqot kariga permanenti ġdida, dik tal-President tal-Kunsill Ewropew. Dan jew din j/tinħatar mill-Kunsill Ewropew għal perjodu ta' sentejn u nofs. Dan jagħti aktar kontinwità u stabbiltà fil-ħidma tal-Kunsill Ewropew.

Joħloq Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà. Hu jew hi għandu/ha wkoll il-kariga ta' Viċi President tal-Kummissjoni, u j/tmexxi l-Kunsill tar-Relazzjonijiet Barranin. Dan isaħħaħ il-koerenza fl-azzjoni esterna u jgħolli l-profil tal-UE fid-dinja, biex b’hekk l-Unjoni jkollha “wiċċ”.

Fuq
Xamgħa bis-simbolu tal-UE warajha.Kif ittejjeb id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej il-Karta tad-drittijiet fundamentali?

It-Trattat ta’ Liżbona jagħmel referenza għall-Karta bħala katalgu veru tad-drittijiet li l-UE temmen li kull ċittadin tagħha għandu jgawdi fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-garanziji li jorbtu bil-liġi tal-Unjoni. Is-sitt kapitli tal-Karta jkopru dawn l-aspetti li ġejjin: drittijiet individwali relatati mad-dinjità; il-libertajiet, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet konnessi mal-istatus taċ-ċittadinanza u il-ġustizzja. Dawn id-drittijiet huma essenzjalment meħuda minn strumenti internazzjonali oħra, bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u jagħtuhom sura legali fl-Unjoni.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jirrispettaw id-drittijiet imniżżla fil-Karta. L-Istati Membri għandhom l-istess obbligi meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tara li l-Karta hija applikata kif suppost. L-inklużjoni tal-Karta ma’ tbiddilx is-setgħat tal-Unjoni, imma toffri drittijiet imsaħħa u libertajiet akbar għaċ-ċittadin.

Fuq
Temperatura simbolika u buttuna għall-kontroll fuq globu żgħir.It-Trattat ta’ Liżbona jippreserva dak li kisbet l-UE għall-ambjent? Xi ngħidu dwar it-tibdil fil-klima?

Iva, bis-sħiħ. It-Trattat ta’ Liżbona jiddikkjara li wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta’ livell għoli ta’ ħarsien u titjieb fil-kwalità tal-ambjent fl-Ewropa. Għalkemm l-idea ta’ żvilupp sostenibbli kienet diġà inkluża fit-trattati eżistenti, it-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ dan l-għan u jfissru aħjar. L-iżvilupp sostenibbli huwa affermat ukoll bħala wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja.

L-ambjent huwa wieħed mill-isferi ta’ kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Meta l-Unjoni tintervjeni f’dan il-qasam, trid tikkontribwixxi lejn il-kisba ta’ għanijiet ċari: il-preservazzjoni, l-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem; il-promozzjoni tal-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; li jkunu promossi miżuri fuq livell internazzjonali biex tieħu ħsieb problemi ambjentali reġjonali jew fuq skala dinjija.

Attwalment, it-tibdil klimatiku huwa fost l-akbar sfidi ambjentali, soċjali u ekonomiċi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom. Bit-Trattat ta' Liżbona, il-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku fuq livell internazzjonali ssir għan speċifiku tal-politika ambjentali tal-UE. It-Trattat ta' Liżbona jżid l-appoġġ lejn l-azzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil klimatiku fil-lista tal-għanijiet li jfissru l-politika ambjentali fuq livell tal-UE. Permezz ta' dan, b'mod ċar it-Trattat jirrikonoxxi li l-UE għandha rwol importanti f'dan il-qasam fuq livell dinji.

Fuq
Teħid ta' marki tas-swaba'.X’titjib sar fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni?

Fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, it-Trattat ta’ Liżbona jiffaċilita l-azzjoni fil-livell Ewropew permezz tal-użu tal-“metodu Komunitarju” fi kważi kull ċirkustanza. Dan huwa l-metodu tat-teħid tad-deċiżjonijiet bil-maġġoranza kkwalifikata bbażat fuq proposti mill-Kummissjoni u jinvolvi wkoll sehem akbar tal-Parlament Ewropew, kontroll demokratiku miżjud għall-parlamenti nazzjonali, u rwol ta' skrutinju minn naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Saru arranġamenti speċjali ġew estiżi għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit.

Fuq
Id-dinja - ritratt ta' mappa tal-Ewropa.Il-vuċi ta’ l-Ewropa fid-dinja hu aktar qawwi bit-Trattat ta’ Liżbona?

Iva, dan għandu jkun wieħed mill-kisbiet ewlenin tat-Trattat. It-Trattat ta’ Liżbona jistipula prinċipji u għanijiet komuni għall-azzjoni esterna tal-Unjoni: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà.

Bosta mid-dispożizzjonijiet tar-relazzjonijiet esterni fit-trattati eżistenti huma miġburin f’Titolu wieħed fit-Trattat ta’ Liżbona. Dan jiffaċilita l-qari tagħhom u jippromwovi l-koerenza tal-azzjonijiet tal-Unjoni.

Il-funzjonijiet attwali tar-Rappreżentanza Għolja għal-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà (CFSP) ingħaqdu ma’ dawk tal-Viċi President tal-Kummissjoni, biex b’hekk tinħoloq kariga ġdida b'żewġ rwoli (ir-Rappreżentanża Għolja għal-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Politika tas-Sigurtà). Dan isaħħaħ il-koerenza fl-azzjoni esterna u jgħolli l-profil tal-UE fid-dinja, biex b’hekk l-Unjoni jkollha “wiċċ” u jippermettilha tippromwovi l-"interess komuni Ewropew" b'mod progressiv.

Ir-Rappreżentanza Għolja/Viċi President assistit minn servizz konġunt, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) li hu magħmul minn uffiċjali tal-Kunsill, il-Kummissjoni u s-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri.

It-Trattat ta’ Liżbona jinkludi wkoll bażi legali speċifika għall-għajnuna umanitarja. Din id-dispożizzjoni tqiegħed l-akbar attenzjoni fuq l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-liġi internazzjonali u dwar l-imparzjalità, in-newtralità u n-non-diskriminazzjoni. Taħseb ukoll dwar il-ħolqien ta’ Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja.

Fuq
Par idejn iżomm globu.It-Trattat ifisser differenza għall-Afrika jew il-pajjiżi li jeħtieġu żvilupp jew għajnuna umanitarja?

It-Trattat ta’ Liżbona jintroduċi għall-ewwel darba bażi legali speċifika għall-għajnuna umanitarja. Din id-dispożizzjoni tenfasizza l-ispeċifiċità tal-politika u l-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari l-imparzjalità u n-non-diskriminizzjoni.

It-Trattat ta’ Liżbona jiddikkjara b’mod ċar li t-tnaqqis u l-eliminazzjoni tal-faqar huwa l-għan ewlieni tal-politika Ewropea dwar il-kooperazzjoni tal-iżvilupp. Dan l-għan irid ikun irrispettat meta l-Unjoni timplimenta politiki li x’aktarx jaffettwaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan jimplika wkoll li l-politika dwar l-iżvilupp hija politika fiha nfisha, u mhux xi aċċessorju tal-politika komuni barranija u ta' sigurtà .

Fil-każ ta’ għajnuna finanzjarja urġenti, il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Dan għandu jfisser għajnuna finanzjarja aktar malajr fil-futur.

It-Trattat ta’ Liżbona jikklassifika l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja bħala “kompetenzi paralleli maqsuma”: dan ifisser li l-Unjoni jkollha politika awtonoma, li la twaqqaf lill-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom u lanqas tagħmel il-politika tal-Unjoni sempliċiment “komplementarja" għal dik ta’ l-Istati Membri.

Fuq
Bandiera tal-UE flimkien ma' bnadar tal-pajjiżi Ewropej.It-Trattat idgħajjef il-possibilita li l-Istati Membri jkollhom politika barranija indipendenti?

L-Unjoni Ewropea tintalab taġixxi meta tinħass il-ħtieġa għal leħen koerenti fuq il-livell internazzjonali. Firxa ta’ kwistjonijet dwar il-politika barranija jiġu indirizzati l-aħjar mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea flimkien.

Il-kariga tar-Rappreżentanza Għolja ma toħloqx setgħat ġodda imma tissimplifika l-azzjoni esterna tal-UE, biex tevita l-konfużjoni u x-xogħol doppju. Hu jew hi jaġixxu fi kwistjonijiet ta’ politika barranija abbażi d-deċiżjonijiet meħuda unanimament mill-UE 27. Hu jew hi jikkomplementaw u ma jiħdux post il-politika barranija jew l-isforzi diplomatiċi tal-Istati Membri.

Fuq
Truppi tal-UE f'azzjoni.It-Trattat joħloq qawwa militari Ewropea?

Il-kapaċitajiet militari jibqgħu f’idejn l-Istati individwali. It-Trattat jara li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi ċivili u militari għall-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet ta' Difiża u Sigurtà Komuni. Madankollu, l-Istati Membri għanhom id-dritt li jopponu dawn il-ħidmiet u l-kontribuzzjonijiet għalihom dejjem ikunu fuq bażi volontarja.

Grupp ta’ Stati Membri li huma lesti u għandhom il-kapaċità neċessarja jkunu jistgħu jagħmlu ħidmiet ta’ diżarmament, xogħol umanitarju u ta’ salvataġġ, pariri militari u attivitajiet taż-żamma tal-paċi. L-ebda Stat Membru ma jista' jiġi sfurzat biex jipparteċipa bilfors f’ħidmiet bħal dawn.

Fuq
Grupp ta' ħaddiema.It-Trattat ta’ Liżbona jdgħajjef il-kisbiet soċjali tal-UE?

Lanqas xejn. It-Trattat ta’ Liżbona jippermetti lill-UE żżomm u tiżviluppa aktar il-kisbiet soċjali fir-rigward tal-prerogattivi nazzjonali.

Ekonomija tas-suq soċjali kompettitiva għall-aħħar, impjieg sħiħ u progress soċjali huma affarijiet inklużi fost l-għanijiet tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-politiki tal-impjieg jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, li tippermetti għall-possibilita ta’ koordinazzjoni tal-politiki soċjali tal-Istati Membri.

It-Trattat ta’ Liżbona fih “klawżola soċjali” li tgħid li kwistjonijiet soċjali (il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, ħarsien soċjali tajjeb, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, eċċ) jridu jkunu kkunsidrati meta jiġu definiti u implimentati l-politiki kollha.

Id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti wkoll fit-Trattat ta’ Liżbona permezz ta’ l-inklużjoni ta’ referenza li torbot legalment għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Hemm taqsima dwar is-solidarjetà li telenka għadd ta’ drittijiet u prinċipji direttament rilevanti għall-qasam soċjali, bħad-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fl-impriżi, id-dritt tan-negozjar ta’ ftehim kollettiv u l-azzjoni kollettiva, id-dritt ta’ l-aċċess għal servizzi tal-impjieg b’xejn u l-ħarsien kontra s-senzji bla ġustifikazzjoni, u d-dritt li wieħed ikollu aċċess għal sigurtà soċjali u għajnuna soċjali, eċċ.

Fuq
Kaxxi tal-ittri minn diversi pajjiżi tal-UE.It-Trattat ta’ Liżbona jipperikola s-servizzi pubbliċi?

It-Trattat ta’ Liżbona jara s-servizzi pubbliċi bħala strument indispensabbli fil-koeżjoni reġjonali u soċjali. Jinkludi protokol speċjali li jistipula prinċipji ewlenin għall-azzjoni biex jippromwovi servizzi effettivi ta’ interess ġenerali, li joffru l-bażi tajba għal azzjoni tal-UE fil-futur.

Il-Karta tindika li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif previst fil-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, skont il-Kostituzzjoni, sabiex tippromwovi l-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Unjoni.

It-Trattat ta’ Liżbona jirreferi għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali bħala servizzi li “kulħadd fl-Unjoni iqishom ta’ valur" kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u soċjali.

B’riżultat tal-valur importanti mogħti lilhom, it-Trattat ta’ Liżbona jitlob l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jiżguraw li servizzi bħal dawn jaħdmu fuq prinċipji u kundizzjonijiet, partikolarment kundizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi, li jippermettulhom jilħqu l-missjonijiet tagħhom.

Fuq
Kaxxi li fihom bnadar tal-UE u tal-Istati Membri.It-Trattat ta’ Liżbona jżid in-numru ta’ deċiżjonijiet meħuda fi “Brussell”?

It-Trattat joħloq bażi għal metodu trasparenti aktar deċentralizzat biex jimplimenta l-politiki tal-UE u jgħin biex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun mill-qrib taċ-ċittadin. Iwassal id-dimensjoni lokali u reġjonali fil-qafas legali tal-UE u jiddikkjara li l-Unjoni trid tirrispetta l-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri, parti mill-istrutturi fundamentali tagħhom, inkluża l-awtogovernanza reġjonali u lokali. Kulma jagħmel it-Trattat hu li jissimplifika id-distribuzzjoni tas-setgħat bejn l-Unjoni u l-Istati Membri billi jgħid min jagħmel xiex. Fil-futur se jkun hemm inqas żoni griżi li jikkawżaw konfużjoni u inċertezza.

Fuq
Mara tpinġi mappa tal-Ewropa.It-Trattat ta’ Liżbona joħloq “Stat Kbir” Ewropew?

It-Trattat ta’ Liżbona hu trattat internazzjonali milħuq u ratifikat bis-sovranità tal-Istati Membri li jaqblu li jaqsmu bejniethom xi ftit mis-sovranità tagħhom f’kooperazzjoni sopranazzjonali. It-Trattat ta’ Liżbona jirrikonoxxi li l-Unjoni tirrifletti r-rieda tal-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom, u li l-poteri tagħha jiġu minn dawn l-Istati.

It-Trattat ma jibdilx in-natura bażika tal-UE, imma jintroduċi xi innovazzjonijiet istituzzjonali ewlenin, li jsaħħu l-Unjoni u jagħmluha aktar effettiva. Dan mhux se jkun ta’ dannu għall-Istati Membri; bil-kuntrarju, l-UE tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri meta ma jkunux jistgħu jilħqu għanijiethom waħidhom.

Fuq
Tifel żgħir jaqra ktieb kbir.Għaliex mhuwiex aktar faċli biex jinqara t-Trattat ta’ Liżbona?

Bidliet fit-Trattati tal-UE dejjem saru permezz ta' amendi fit-Trattati ta' qabel: dan kien minnu għall-Att Uniku Ewropew, kif ukoll għat-Trattati ta’ Maastricht, Amsterdam u Nizza. it-Trattat ta’ Liżbona juża l-istess teknika. Se jkun mibdul l-isem taż-żewġ Trattati prinċipali tal-Unjoni biex isiru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Ħidma tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Trattati jkunu fuq l-istess livell.

Disponibbli wkoll test ikkonsolidat taż-żewġ Trattati prinċipali, li jintegra l-emendi li t-Trattat ta' Liżbona jelenka fl-artikoli tiegħu.

Fuq
Mara żagħżugħa tonfoħ is-simbolu tal-UE bħalma tonfoħ rixa.Kif u meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona?

It-Trattat daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Biex jidħol fis-seħħ, it-Trattat ta’ Liżbona kellu jiġi ratifikat mill-Istati Membri kollha. Kull Stat Membru individwali ddeċieda skont ir-regoli kostituzzjonali tiegħu jekk din ir-ratifika kellhiex isir permezz ta’ referendum jew vot parlamentari.

Fuq
Avviż legali | Cookies | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna