RSS
Werrej alfabetiku

Trasport

Trasport

It-trasport hu l-iktar politika komuni importanti tal-Unjoni Ewropea (UE). Huwa regolat mit-Titolu VI (Artikoli 90 sa 100) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Ruma fl-1958, din il-politika kienet iffokata fuq it-tneħħija tal-fruntieri bejn l-Istati Membri u b'hekk ikkontribwixxiet għall-moviment ħieles ta' individwi u ta' prodotti. L-għanijiet prinċipali tagħha huma li jitlesta s-suq intern, tiżgura żvilupp sostenibbli, testendi n-netwerks tat-trasport madwar l-Ewropa, timmassimizza l-użu tal-ispazju, ittejjeb is-sigurtà u tippromwovi kooperazzjoni internazzjonali. Is-Suq Uniku kien punt tabilħaqq importanti li biddel ir-rotta fil-politika komuni fil-qasam tat-trasport. Sa mill-ħruġ tal-White Paper tal-2001, li ġiet riveduta fl-2006, dan is-settur politiku ġie orjentat lejn li l-iżvilupp armonjuż u simultanju ta’ modi differenti tat-trasport, b'mod partikolari bil-komodalità, li hi mod li jsir użu ta' kull mezz ta' trasport (fuq l-art, ilma jew fl-ajru) biex jinkiseb l-aħjar effett tiegħu.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna