RSS
Werrej alfabetiku

Politika reġjonali

Politika reġjonali

Il-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea tfittex li tnaqqas id-disparità strutturali bejn ir-reġjuni tal-UE, tkattar żvilupp bilanċjat madwar l-UE u tippromwovi opportunitajiet ugwali reali għal kulħadd. Ibbażata fuq il-kunċett tas-solidarjetà u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, hija taghmel dan b'termini prattiċi permezz ta' varjetà ta' operazzjonijiet ta' finanzjament, prinċipalment permezz tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni. Għall-perjodu 2007-2013, il-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea hija t-tieni l-akbar punt tal-baġit tal-UE, b'allokazzjoni ta' €348 biljun. L-għan tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ġie introdott fl-1986 bl-adozzjoni tal-Att Uniku Ewropew. Il-politika kienet finalment inkorporata fit-Trattat tal-KE nnifsu (Artikoli 158 sa 162) bit-Trattat ta' Maastricht (1992).

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna