RSS
Werrej alfabetiku

Saħħa pubblika

Saħħa pubblika

Li persuna tkun b'saħħitha hi waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk l-Unjoni Ewropea (UE) qed tistinka biex tilħaq livell ogħla ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-politika u l-attivitajiet kollha Ewropej, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). B'mod partikolari, il-politika tal-UE dwar temi relatati mas-saħħa għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa pubblika, tipprevjeni l-mard u t-theddid għas-saħħa (inklużi dawk relatati mal-istili ta' ħajja taċ-ċittadini Ewropej), u jikkumbattu flaġelli kbar tas-saħħa billi tippromwovi r-riċerka. L-azzjoni komunitarja tikkumplimenta politika nazzjonali, u l-Unjoni tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa.
Madankollu, id-definizzjoni ta' politika nazzjonali dwar is-saħħa tibqa' kompetenza esklużiva li tappartjenu lill-Istati Membri. Konsegwentement, l-azzjoni UE m'għandhiex tinkludi d-definizzjoni ta' politika dwar is-saħħa, u lanqas l-organizzazzjoni u l-forniment ta' servizzi tas-saħħa u kura medika.
Għalhekk, il-politika Ewropea dwar is-saħħa tikkonsisti fl-iżvilupp ta' kompetenza kondiviża mal-Istati Membri u tikkumplementa l-politika nazzjonali. L-UE u l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkooperaw ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

Ara wkoll

  • Aktar informazzjoni: Saħħa Pubblika tad-Direttorat Ġenerali dwar is-Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur tal-Kummissjoni Ewropea
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna