EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Saħħa pubblika

public_health

Is-saħħa tajba hija preokkupazzjoni ewlenija taċ-ċittadini Ewropej. L-Unjoni Ewropea (UE) taħdem għal protezzjoni tas-saħħa aħjar permezz tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Azzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa pubblika, tipprevjeni l-mard u t-theddid għas-saħħa (inklużi dawk relatati mal-istili ta' ħajja), kif ukoll li tippromwovi r-riċerka.

L-UE ma tiddefinixxix il-politiki tas-saħħa, lanqas l-organizzazzjoni u l-forniment ta' servizzi tas-saħħa u kura medika. Minflok, l-azzjoni tagħha sservi sabiex tikkumplimenta l-politiki nazzjonali u sabiex tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi membri fil-qasam tas-saħħa pubblika.