RSS
Werrej alfabetiku

Affarijiet Marittimi u s-Sajd

Affarijiet Marittimi u s-Sajd

L-Ewropa għandha 70,000 kilometru ta' kosta. Ir-reġjuni kostali tal-Unjoni Ewropa jipproduċu madwar 40 % tal-prodott gross domestiku u għandhom madwar 40 % tal-popolazzjoni tagħha. Il-politika komuni tas-sajd (PKS) għandha l-istess bażi legali bhall-politika agrikola komuni (PAK) iżda d-differenzi bejn iż-żewġ setturi wasslu għat-tfassil ta’ politika speċifika għall-prodotti tas-sajd. L-għanijiet tal-PKS huma: protezzjoni tal-istokkijiet kontra sajd żejjed; dħul garantit għas-sajjieda; provvista regolari bi prezzijiet raġjunevoli għall-konsumatur u l-industrija tal-ipproċessar; u esplojtazzjoni bijoloġika, ambjentali u ekonomika sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna