RSS
Werrej alfabetiku

Il-moviment liberu ta' persuni, l-ażil u l-immigrazzjoni

Ġustizzja, libertà u sigurtà

Il-moviment liberu ta' persuni huwa dritt fundamentali garantit liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) mit-Trattati. Huwa jitwettaq permezz taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni. It-tneħħija tal-fruntieri interni tirrikjedi l-ġestjoni msaħħa tal-fruntieri esterni tal-Unjoni kif ukoll dħul u residenza regolati ta' ċittadini mhux tal-UE, inkluż permezz ta' politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni.
Il-kunċett tal-moviment liberu ta' persuni ġie mal-iffirmar tal-Ftehim ta' Schengen fl-1985 u l-Konvenzjoni ta' Schengen li ġiet wara fl-1990, li bdiet l-abolizzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntiera bejn il-pajjiżi parteċipanti. Bħala parti mill-qafas legal u instituzzjonali tal-UE, il-kooperazzjoni Schengen ġiet estiża b'mod gradwali biex tinkludi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll xi pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna