EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ħtif mit-terroristi — kondiviżjoni ta’ informazzjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

  • Din tistabbilixxi proċedura għall-iskambju tal-esperjenzi bejn il-pajjiżi tal-UE sabiex tgħin biex jiġu riżolti sitwazzjonijiet ta’ ħtif mit-terroristi.

PUNTI EWLENIN

  • Il-ħtif mit-terroristi huwa ta’ sfida enormi għall-pajjiżi tal-UE. Sabiex sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu riżolti b’suċċess, il-pajjiżi jeħtieġu informazzjoni ta’ sfond sabiex jistabbilixxu kuntatti u jibdew diskussjonijiet kunfidenzjali. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tista’ tidentifika malajr jekk pajjiż tal-UE għandux diġà esperjenza li tkun ta’ għajnuna b’rabta mal-ħtif fl-istess reġjun, mill-istess grupp terrorista jew f’ċirkustanzi simili.
  • Biex jinkiseb dan, kull pajjiż tal-UE huwa rakkomandat jiċċirkola paġni ta’ dejta lil pajjiżi tal-UE oħrajn dwar kwalunkwe ħtif mit-terroristi, wara li jkun ġie riżolt l-inċident.
  • Din l-informazzjoni għandha tinkludi:
    • il-pajjiż u r-reġjun fejn ikun seħħ il-ħtif;
    • in-numru u n-nazzjonalitajiet tal-ostaġġi;
    • il-ħin u d-data tal-ħtif u t-tmiem tiegħu;
    • il-grupp terrorista jew l-awtur responsabbli;
    • il-metodu tal-ħtif;
    • ir-raġuni għall-ħtif;
    • kwalunkwe involviment ta’ medjatur;
    • persuna ta’ kuntatt fil-pajjiż tal-UE kkonċernat.
  • L-informazzjoni addizzjonali segwenti wkoll trid tingħata fejn xieraq:
    • ir-raġuni għaliex l-ostaġġi kienu fil-pajjiż, il-kapaċitajiet lingwistiċi u s-sess tagħhom;
    • l-ideoloġija, in-nazzjonalità, u l-kapaċitajiet lingwistiċi tal-awturi;
    • il-mezzi użati mill-awturi biex jindirizzaw lill-pubbliku;
    • dettalji dwar il-modus operandi tal-awturi.
  • L-annessi għar-rakkomandazzjoni jipproponu format standard għal din l-informazzjoni, kif ukoll suġġerimenti għal informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata, bħall-istrateġija ta’ negozjar, it-tattiki ta’ dewmien u jekk kinux involuti riskatti jew talbiet politiċi.
  • Aktar informazzjoni u esperjenza għandhom jiġu kondiviżi bilateralment b’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-maniġġ tad-dejta personali għandu jsir b’konformità mal-liġi nazzjonali.
  • Kull pajjiż tal-UE għandu jiġbor informazzjoni dwar kwalunkwe inċident li jseħħ mill-1 ta’ Jannar 2002 u jipprovdi sommarju lil pajjiżi tal-UE oħrajn. Lista ta’ persuni ta’ kuntatt għandha wkoll tiċċirkola sabiex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni diretta.
  • L-informazzjoni għandha tiġi kondiviża permezz tan-netwerk ta’ konnessjoni bidirezzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-UE kollha dwar inċidenti terroristiċi (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI). L-informazzjoni għandha tiġi kondiviża wkoll mal-Europol, b’reviżjoni wara 12-il xahar sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ammont u t-tip ta’ data jeħtieġux bażi tad-data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 9-12)

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22-24)

l-aħħar aġġornament 03.05.2016

Top