RSS
Werrej alfabetiku

Servizzi finanzjarji: qafas ġenerali

Suq Intern

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tfisser li l-kapital jista’ jiġi allokat b'mod aktar effiċjenti u dan fil-medda twila taż-żmien joħloq prestazzjoni ekonomika aħjar. L-Unjoni Ewropea waqqfet qafas leġiżlattiv immirat lejn it-tisħiħ tas-settur tas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-operaturi finanzjarji u tingħata spinta lill-likwidità, il-kompetizzjoni u l-istabbiltà finanzjarja.
Il-politika Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji taqsam xi problemi komuni ma’ dawk dwar il-moviment ħieles tal-kapital meta tiġi biex tiffaċilita u ttejjeb is-sigurtà tal-attività finanzjarja. Dawn il-problemi jinħolqu b'mod partikolari mill-karattru transkonfinali ta' din l-attività, iżda wkoll mit-tkabbir massiv fis-servizzi bbażati fuq teknoloġiji ġodda.
Il-politika dwar is-servizzi finanzjarji tkopri tliet setturi ewlenin: is-sistema bankarja, tal-assigurazzjoni u tat-titoli. Minbarra li tistabbilixxi regoli għall-operaturi u l-investituri (banek, assigurazzjoni u titoli), l-Unjoni għandha l-ħsieb ukoll li tagħti protezzjoni akbar lill-konsumaturi f'oqsma speċifiċi bħas-servizzi finanzjarji għal investituri mhux professjonali.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna