RSS
Werrej alfabetiku

Armonizzazzjoni teknika

Suq Intern

L-armonizzazzjoni tal-istandards tekniċi eżistenti fl-Istati Membri hi essenzjali għall-eliminazzjoni ta’ numru kbir ta' ostakoli għall-kummerċ ta' prodotti fl-Unjoni. Fil-passat, kull Stat Membru kien jimponi speċifikazzjonijiet tekniċi differenti għall-prodotti kollha industrijali. Madankollu, id-differenzi bejn ir-regolamenti tekniċi nazzjonali inevitabbilment ifixklu l-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq uniku.
Għalhekk, l-armonizzazzjoni teknika fuq livell Ewropew tiggarantixxi kemm il-moviment ħieles ġenwin ta' prodotti industrijali u livell għoli ta' sigurtà għall-konsumaturi u l-utenti ta' dawn il-prodotti.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna