RSS
Werrej alfabetiku

Prodotti farmaċewtiċi u kosmetiċi

Suq Intern

L-industrija farmaċewtika Ewropea għandha rwol importanti x'taqdi billi tiżgura li n-nies tal-Ewropa jgawdu livell tajjeb ta' saħħa. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea qed tistinka biex tiggarantixxi aċċess wiesa' għall-prodotti mediċinali, li tipprovdi lill-pubbliku b'informazzjoni ta' kwalità għolja, u biex tiżgura li l-prodotti mediċinali mmanifatturati jkunu siguri u effettivi. Is-suq uniku għall-prodotti farmaċewtiċi jagħti l-possibiltà li jintlaħqu dawn l-għanijiet billi tiżdied il-kompetittività tal-industrija permezz tal-promozzjoni tar-riċerka u innovazzjoni għall-benefiċċju tal-pubbliku.
L-industrija Ewropea tal-kosmetiċi hi entità importanti li tipprovdi l-impjiegi. Madwar 150,000 persuna jaħdmu fl-industrija nnifisha, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni u t-trasport tal-kosmetiċi indirettament joħloq 350,000 impjieg ieħor. B'valur tal-produzzjoni ta' aktar minn €35 biljun, din l-industrija innovattiva hi fuq quddiem nett fid-dinja f'dan il-qasam. L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tiżgura l-moviment ħieles ta' prodotti kosmetiċi fis-suq intern u li tiggarantixxi li l-prodotti huma siguri.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna