RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Armonizzazzjoni teknika għall-vetturi bil-mutur

Suq Intern

L-armonizzazzjoni teknika għall-vetturi bil-mutur, implimentata fuq livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), hi bbażata fuq is-sistema WVTA (whole vehicle type-approval) tal-Unjoni.
Taħt din is-sistema, il-manifatturi jistgħu jiksbu ċertifikazzjoni għal tip ta' vettura fi Stat Membru wieħed jekk din tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi armonizzati u mbagħad jinnegozjawha madwar l-UE kollha mingħajr l-ebda ħtieġa ta' testijiet addizzjonali.
L-armonizzazzjoni teknika totali diġà nkisbet f'kategoriji differenti ta' vetturi (karozzi tal-passiġġieri, muturi, tratturi agrikoli u forestali, vetturi ta' utilità, coaches, trailers tal-mopeds u muturi) u dalwaqt se tiġi estiża għal kategoriji oħra ta' vetturi (tipi oħra ta' tractors u trailers).
Hu essenzjali li l-manifatturi tal-karozzi Ewropej jiġu aċċertati li jkollhom aċċess għall-ikbar suq possibbli. Filwaqt li sistema ta' approvazzjoni tal-Unjoni tippermetti lill-manifatturi li jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-opportunitajiet offruti mis-suq intern, l-armonizzazzjoni teknika dinjija fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU) toffrilhom suq li jestendi lil hinn mill-fruntieri Ewropej.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna