RSS
Werrej alfabetiku

Moviment liberu tal-prodotti: qafas ġenerali

Suq Intern

Il-moviment ħieles tal-merkanzija hu wieħed mil-libertajiet tas-suq uniku tal-Unjoni Ewropea. Sa minn Jannar 1993, il-kontrolli fuq il-moviment ta' prodotti fis-suq intern ġew aboliti u l-Unjoni Ewropea issa hi territorju wieħed mingħajr fruntieri interni.
L-abolizzjoni ta' tariffi doganali tippromwovi l-kummerċ intra-UE, li jammonta għall-parti kbira tal-importazzjoni u l-esportazzjoni totali tal-Istati Membri.
L-Artikoli 28 u 29 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprojbixxu restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni bejn l-Istati Membri kollha. Madankollu, jekk ikun hemm theddida għas-saħħa pubblika jew l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-prodotti.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna