RSS
Werrej alfabetiku

Suq uniku għall-prodotti: dimensjoni esterna

Suq Intern

Biex jiffunzjona b’mod ottimali, is-suq intern irid ikun sinkronizzat mal-kuntest internazzjonali. Għadd ta' operaturi (istituzzjonijiet finanzjarji, intraprendituri, ecc.) joperaw lil hinn mill-fruntieri tagħna. Il-prodotti Ewropej huma distribwiti madwar id-dinja kollha. Fl-istess ħin, fluss mingħajr tmiem ta' prodotti barranin jgħaddi fi transitu mill-Ewropa. Madankollu jista’ jkun hemm kontradizzjonijiet bejn il-prinċipji u l-istandards tas-suq Ewropew u r-regoli ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur, tal-brevetti u d-dejta jridu jkunu ggarantiti, tkun xi tkun id-destinazzjoni tal-prodott. Il-biċċa l-kbira mill-politika tas-suq intern hija internazzjonali fil-karattru u l-Unjoni Ewropea tassigura li hija konsistenti. Il-ħidmiet tal-Unjoni Ewropea jinkludu wkoll l-iffaċilitar tal-kummerċ fi prodotti u servizz permezz ta' qafas ċar u adattat, li jixpruna l-kummerċ (introduzzjoni ta' żoni ta' kummerċ ħieles ma' sħab) u l-promozzjoni ta' standards internazzjonali komuni. Finalment, id-dimensjoni esterna tas-suq uniku hija marbuta b'mod dirett mal-politika tat-tkabbir Ewropea, ladarba l-adeżjonijiet kollha huma fil-fatt suġġetti għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna