RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 22-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Kummerċ internazzjonali ta’ prodotti kimiċi perikolużi

L-Unjoni Ewropea (UE) tirregola l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti kimiċi u pestiċidi perikolużi. Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012, l-UE għandha l-għan li timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam, tħeġġeġ il-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet u l-kooperazzjoni, u tħares is-saħħa u l-ambjent.

ATT

Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti kimiċi perikolużi.

SOMMARJU

Ir-regolament jipprovdi ċerti regoli dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti kimiċi li huma pprojbiti jew severament ristretti għall-użu fl-Unjoni Ewropea (UE). L-esportaturi huma meħtieġa li jinnotifikaw l-esportazzjoni tal-prodotti kimiċi soġġetti għal dan ir-regolament qabel ma dawn jiġu esportati. Barra minn hekk, il-prodotti kimiċi koperti mill-Konvenzjoni ta’ Rotterdam u l-prodotti kimiċi li huma pprojbiti jew severament ristretti fl-Unjoni ma jistgħux ikunu esportati mingħajr il-kunsens tal-pajjiżi importaturi.

Dan ir-regolament għandu l-għan li jiggarantixxi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar tas-sustanzi kimiċi japplikaw ukoll għall-prodotti kimiċi kollha meta dawn jiġu esportati mill-Istati Membri lejn il-Partijiet l-oħrajn għall-Konvenzjoni jew lejn pajjiżi oħrajn, għajr meta dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux kompatibbli ma’ ħtiġijiet partikolari ta’ dawn il-Partijiet jew pajjiżi oħra.

Prodotti kimiċi kkonċernati

Dan ir-regolament ikopri:

  • ċerti prodotti kimiċi perikolużi li huma soġġetti għall-proċedura ta’ Kunsens Informat minn Qabel (il-proċedura PIC) taħt il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam;
  • ċerti prodotti kimiċi li huma pprojbiti jew severament ristretti fl-UE jew fi Stat Membru; u
  • il-prodotti kimiċi kollha esportati f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar.

Ċerti prodotti huma esklużi mill-ambitu ta’ applikazzjoni tar-regolament, jiġifieri:

Awtoritajiet nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità waħda jew aktar inkarigata mit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi meħtieġa minn dan ir-regolament.

Aġenzija tal-prodotti kimiċi

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) tgħin lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi marbuta mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-prodotti msemmija. Hija tibgħat fost oħrajn in-notifiki tal-industrijalisti lill-pajjiżi importaturi li mhumiex fl-UE, tieħu ħsieb il-komunikazzjonijiet kollha relatati u żżomm database tan-notifiki li hija aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.

Proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens espliċitu

Dan ir-regolament jistabbilixxi l-iskadenzi u l-obbligi dwar il-proċedura ta’ notifika u l-proċedura ta’ kunsens espliċitu skont il-kategorija li taħtha jaqa’ l-prodott kimiku.

Importazzjonijiet

Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fil-forma ta’ tweġiba definittiva jew provviżorja rigward l-importazzjoni tal-prodott kimiku inkwistjoni. Jekk prodott ikun soġġett għal restrizzjonijiet addizzjonali jew għal xi modifika tar-restrizzjonijiet, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni.

Meta prodott kimiku ikun ipprojbit jew severament ristrett, il-Kummissjoni tikkunsidra din l-informazzjoni fid-deċiżjoni tagħha dwar l-importazzjoni.

Esportazzjonijiet

L-esportatur għandu jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Partijiet l-oħrajn għall-importazzjoni. L-esportazzjoni ta’ prodott hija pprojbita lejn Parti li ma tkun tat l-ebda tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ dan il-prodott. Madankollu, il-prodott jista’ jkun esportat jekk il-parti li timporta tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għall-prodott inkwistjoni.

Kull esportazzjoni ta’ prodott kimiku li huwa pprojbit jew severament ristrett mil-liġi fil-livell tal-Unjoni Ewropea għandha tkun innotifikata lill-pajjiż importatur u dan il-pajjiż għandu jinforma meta jirċievi din in-notifika skont il-Konvenzjoni.

Skambju ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni, megħjuna mill-ECHA, u l-Istati Membri jiffaċilitaw il-komunikazzjoni tal-informazzjoni xjentifika, teknika, ekonomika u legali dwar il-prodotti kimiċi koperti minn dan ir-regolament.

Għajnuna teknika

Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali maħtura mill-Istati Membri u l-ECHA għandhom jikkooperaw sabiex jippromwovu l-għajnuna teknika meħtieġa għall-iżvilupp tal-infrastrutturi, tal-kapaċitajiet u tal-għarfien meħtieġ għall-ġestjoni loġika tal-prodotti kimiċi tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, skont il-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u tal-pajjiżi b’ekonomiji fi tranżizzjoni.

Penali

Ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-regolament huma ddeterminati mill-Istati Membri. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Revoka

Dan ir-regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 689/2008 mill-1 ta’ Marzu 2014.

REFERENZI

AttDħul fis-seħħSkadenza għat-traspożizzjoni fi ħdan l-Istati MembriĠurnal Uffiċjali
Regolament (UE) Nru 649/2012

16.8.2012

ĠU L 201, 27.7.2012

L-aħħar aġġornament: 31.01.2013

Ara wkoll

  • Konvenzjoni ta’ Rotterdam (EN) (ES) (FR)
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna