Suq Intern
Is-suq intern tal-Unjoni Ewropea huwa suq uniku li fih huwa żgurat il-moviment ħieles ta' prodotti, servizzi, kapital u persuni u li fih iċ-ċittadini Ewropej huma liberi li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u jinnegozjaw.
Minn meta nħoloq fl-1993, is-suq uniku nfetaħ aktar għall-kompetizzjoni, ħoloq impjiegi ġodda, fisser aktar prezzijiet li jistgħu jintlaħqu mill-konsumatur u ppermetta lin-negozji u c-ċittadini li jibbenefikaw minn għażla wiesgħa ta' prodotti u servizzi.
L-Unjoni Ewropea qed taħdem sabiex ikun hemm aktar simplifikazzjoni tar-regolamenti li għadhom jipprevjenu liċ-ċittadini u negozji milli japprofittaw mill-vantaġġi tas-suq uniku.
- Suq intern: qafas ġenerali
-
L-għajxien u x-xogħol fis-suq intern
Il-moviment liberu tal-persuni, ażil u immigrazzjoni, moviment liberu ta' ħaddiema. -
Suq Uniku għall-Prodotti
Moviment liberu tal-prodotti, armonizzazzjoni teknika, ttikkettjar u imballaġġ tal-prodott, sigurtà tal-konsumatur, prodotti farmaċewtiċi u kosmertiċi, prodotti kimiċi, vetturi bil-mutur, kostruzzjoni, dimensjoni esterna -
Suq uniku għas-servizzi
Il-moviment liberu tas-servizzi, professjonisti, servizzi ta' interess ġenerali, trasport, Soċjetà tal-Informazzjoni, servizzi postali, servizzi finanzjarji, banek, assigurazzjoni, swieq tat-titoli -
Suq uniku għall-kapital
Il-moviment liberu tal-kapital, unjoni ekonomika u monetarja, partijiet interessati ekonomiċi u privati, aspetti fiskali, ġlieda kontra l-frodi, relazzjonijiet barranin -
Negozji fis-suq intern
Liġi tal-kumpaniji, akkwist pubbliku, propjetà intellettwali
Ara wkoll
- L-għajxien u x-xogħol fis-suq intern
- Ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni Ewropea: Suq intern
- Aktar informazzjoni: Suq Intern u Servizzi (DE) (EN) (FR) Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea



