RSS
Werrej alfabetiku

Akkwist pubbliku

Suq Intern

Ix-xiri ta' prodotti u servizzi u l-ordni biex isiru xogħlijiet minn awtorità pubblika bħal gvern nazzjonali, awtorità lokali jew il-korpi dipendenti tagħhom, huma kuntratti pubbliċi. Il-ftuħ ta' dawn il-kuntratti, li jammontaw għal proporzjon kbir tal-PGD tal-UE, ippermetta żieda fil-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi tal-Unjoni Ewropea, u naqqas il-prezzijiet u ggarantixxa kwalità aħjar ta' servizzi għaċ-ċittadini. Matul is-snin, l-UE introduċiet dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jimmodernizzaw u jiffaċilitaw l-għoti tal-proċess tal-kuntratti. Żiedet it-trasparenza, il-ġustizzja u l-interoperabilità f'dan ir-rigward permezz ta' għodod bħad-database TED (Tenders Electronic Daily), is-sistema unika ta' klassifikazzjoni (murija mill-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi) u s-Sistema ta' Informazzjoni għall-Akkwist Pubbliku (SIMAP) . Ġie ffirmat ukoll il-Ftehim multilaterali dwar Akkwist tal-Gvern (FAG) u ġiet innegozjata proċedura ta' għoti internazzjonali fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK).

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna