Negozji fis-suq intern
Żvilupp transnazzjonali ta' negozji huwa element ewlieni tat-tlestija ta' suq uniku Ewropew. Dan jinvolvi t-titjib tal-ambjent regolatorju, li jippermetti lin-negozju li jassumi kemm dimensjoni Ewropea kif ukoll li jkun kompetittiv fl-arenas internazzjonali u Ewropej. L-armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpanija (biex ikun promoss ambjent legali simplifikat b'burokrazija minima), modernizzar tal-akkwist pubbliku (biż-żieda tal-opportunitajiet għal negozju u garanzija ta' servizz ta' kwalità itjeb għaċ-ċittadini) u l-protezzjoni tal-propjetà intellettwali (biex ikunu inkoraġġuti l-innovazzjoni u l-kreattività) tifforma l-bażi għall-azzjoni mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri favur in-negozji Ewropej.



