Liġi tal-kumpaniji
Il-kumpaniji huma l-operaturi ewlenin fis-suq intern. Il-liġi tal-kumpaniji għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza tal-operat tagħhom permezz ta' qafas legali ssimplifikat b'burokrazija mill-inqas. Il-leġiżlazzjoni Ewropea f'dan il-qasam għandha x'taqsam b'mod partikolari mal-amalgamazzjonijiet u diviżjonijiet nazzjonali u internazzjonali ta' kumpaniji, id-drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati u l-arranġamenti tat-taxxa għall-kumpaniji prinċipali u kumpaniji sussidjarji tal-Istati Membri differenti. Il-possibbiltà li jipparteċipaw f'attivitajiet fi Stat Membru minbarra dak fejn ikunu stabbiliti u l-introduzzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali effettiva jidhru li huma l-iżviluppi ewlenin. Fil-kuntest tal-kompletezza tas-suq intern, il-kunċett tal-"Kumpanija Ewropea", ġie mfassal, u dan il-kunċett huwa iktar adattat għad-daqsijiet ta' intrapriżi stabbiliti f'diversi Stati Membri, peress li huwa regolat mil-liġi Ewropea u m'għadux aktar suġġett għal sistemi leġiżlattivi differenti simultanjament. L-istatut għall-"kumpanija kooperattiva Ewropea" jippermetti wkoll lill-kooperattivi li jiżviluppaw in-negozju tagħhom fuq skala Ewropea. Intrapriżi Ewropej li ma jixtiqux li jamalgamaw jew li jwaqqfu kumpaniji sussidjarji, għandhom ukoll strument ta' kooperazzjoni transnazzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom, magħruf bħala l-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE).
- Dispożizzjonijiet ġenerali
- Kumpanija Ewropea
-
Armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji — amalgamazzjonijiet u diviżjonijiet
- Skema fiskali komuni applikabbli għal kumpaniji ewlenin u sussidjarji fi Stati Membri differenti
- Fużjonijiet ta' kumpanniji
- Sistema komuni ta' tassazzjoni: amalgamazzjonijiet, diviżjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-assi, skambji ta' ishma u trasferiment tas-sede ta' kumpanija Ewropea jew kumpanija korporattiva Ewropea.
- Diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltàà limitata: is-Sitt Direttiva
- Amalgamazzjonijiet transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata
-
Armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji — dispożizzjonijiet speċifiċi
- Kumpaniji : il-protezzjoni tal-interessi tas-sieħba u ta' oħrajn
- Il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u ż-żamma u l-alterazzjoni tal-kapital tagħhom
- Rekwiżiti tal-iżvelar fir-rigward tal-fergħat: il-11-il Direttiva
- Kumpaniji ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata: It-12-il Direttiva
- Offerti ta' akkwisti
- Ragruppament Ewropew ta' Interess Ekonomiku (GEIE)
- Drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji elenkati
-
Kontijiet tal-kumpanija
- Ir-Raba' Direttiva: kontijiet annwali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata
- Is-Seba' Direttiva: kontijiet ikkonsolidati ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata
- Verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u ta' kontijiet konsolidati
- Green Paper dwar l-awditur statutorju
- Standards internazzjonali tal-kontabilità (IAS)
- Tassazzjoni



