EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-Trattat ta’ Lisbona

 

SOMMARJU

It-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAT-TRATTAT?

  • Huwa jirriforma kif l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu u kif jittieħdu id-deċiżjonijiet sabiex dawn ikunu aktar xierqa għall-UE, li wara tkabbir suċċessiv, laħqet it-28 membru.
  • Huwa jirriforma l-politiki interni u esterni tal-UE, u billi jagħti lill->Parlament Ewropew setgħat leġiżlattivi ulterjuri, jiżgura demokrazija akbar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Bidliet istituzzjonali

Il-Parlament Ewropew

  • issa huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, mhux bħal qabel, tan-nies tal-pajjiżi tal-UE, u għalhekk jistabbilixxi rabta ekonomika aktar b’saħħitha bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) u l-elettorat;
  • igawdi minn żieda fis-setgħat leġiżlattivi permezz tal-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. It-Trattat ta’ Lisbona jestendi dan għal 40 qasam ta’ politika ġdid, u jżid in-numru totali għal 73 meta l-Parlament u l-Kunsill jadottaw leġiżlazzjoni billi jaġixxu fl-istess livell;
  • jaħtar il-President tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-maġġoranza tal-membri tiegħu;
  • għandu numru massimu ta’ 751 membru.

Il-Kunsill Ewropew

Billi jikkonsisti minn kapijiet tal-istat jew tal-gvern, huwa jagħti lill-UE kontinwità u koerenza akbar. Huwa formalment rikonoxxut bħala istituzzjoni tal-UE li tistabbilixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet ġenerali tal-UE.

Huwa jaħtar b’vot ta’ maġġoranza president għal mandat ta’ 30 jum li jiġġedded darba, u jissostitwixxi l-irwol preċedenti ta’ 6 xhur.

Il-Kunsill

Huwa japplika regoli ta’ votazzjoni b’maġġoranza ġodda meta japprova l-leġiżlazzjoni. Sabiex jiżgura maġġoranza jeħtieġ li 55 % tal-pajjiżi tal-UE jirrappreżentaw tal-anqas 65 % tal-popolazzjoni tal-UE. Sabiex jimblokka proposta, tal-anqas 4 pajjiżi jridu jkunu kontra.

Huwa jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddiskuti u jivvota dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-President tal-Kummissjoni:

  • jintgħażel u jiġi elett abbażi tal-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej;
  • huwa responsabbli għall-ħatra tal-kummissarji, mid-distribuzzjoni tal-portafolli tagħhom u jista’ jitlob lil kummissarju individwali biex jirriżenja.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE

Il-ġurisdizzjoni tagħha hija estiża għall-oqsma ta’ politika kollha tal-UE ħlief għall-politika estera u ta’ sigurta komuni.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Issa l-BĊE huwa formalment rikonoxxut bħala istituzzjoni tal-UE billi huwa elenkat fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni

It-trattat:

Bidliet oħrajn

Politiki tal-UE

L-istruttura pilastru preċedenti hija sostitwita b’distribuzzjoni tal-kompetenzi ġdida:

  • esklussivi: oqsma fejn l-UE weħidha tilleġiżla u l-pajjiżi membri jimplimentaw (l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)).
  • kondiviżi: oqsma fejn il-pajjiżi tal-UE jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw miżuri legalment vinkolanti jekk l-UE ma tagħmilx dan (Artikolu 4 tat-TFUE);
  • ta’ appoġġ: oqsma fejn l-UE tadotta miżuri biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta politiki nazzjonali (Artikolu 6 tat-TFUE);
  • barra minn hekk, il-politiki kollha dwar il-kontroll fil-fruntieri, l-asil, l-immigrazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-politika isiru kompetenza tal-UE, minflok ikunu responsabbiltà intergovernattiva, bħal qabel.

It-tisħiħ tad-demokrazija

It-trattat:

  • jikkonferma t-3 prinċipji fundamentali tal-ugwaljanza demokratika*, demokrazija rappreżentattiva* u demokrazija parteċipattiva*;
  • tintroduċi l-inizjattiva taċ-ċittadini li hija waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin tat-Trattat ta’ Lisbona li permezz tagħha anqas minn miljun ċittadin (taħt ċertu kundizzjoni) jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tissottometti proposta (Artikolu 11 tat-TUE);
  • tagħmel il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali legalment vinkolanti u tagħtiha l-istess valur legali bħat-trattati (Artikolu 6 tat-TUE)
  • tagħti lill-parlamenti nazzjonali influwenza akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (Artikolu 12 tat-TUE);
  • il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni preċedenti) hija issa l-proċedura leġiżlattiva prestabbilita fejn il-Parlament Ewropew jaġixxi fl-istess livell tal-Kunsill bħala koleġiżlatur (Artikolu 294 tat-TFUE);
  • tintroduċi d-distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u atti mhux leġiżlattivi dejjem skont il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom (Artikolu 297 tat-TFUE);
  • tintroduċi atti delegati (Artikolu 290 tat-TFUE) u atti ta’ implimentazzjoni (Artikolu 291 tat-TFUE). Tal-ewwel tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali biex tissupplimenta att leġiżlattiv (iżda mhux fuq elementi essenzjali). Tal-aħħar tipprovdi qafas għall-azzjoni tal-Kummissjoni f’dominji tal-komitoloġija preċedenti.

Ħruġ mill-UE

It-trattat jipprovdi, għall-ewwel darba, proċedura formali f’każ li pajjiż tal-UE jkun jixtieq joħroġ mill-UE (Artikolu 50 tat-TUE – ara sommarju dwar in-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit (1)).

MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?

Huwa ġie ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

It-Trattat ta’ Lisbona, fil-biċċa l-kbira huwa mnebbaħ mit-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa. Il-kostituzzjoni kienet intiża biex tissostitwixxi t-trattati fundaturi tal-UE b’test uniku. Il-Kostituzzjoni ġiet iffirmata f’Ruma fid-29 ta’ Ottubru 2004. Sabiex tidħol fis-seħħ, il-kostituzzjoni kien jeħtieġ li tiġi ratifikata mis-27 (dak iż-żmien) pajjiż tal-UE (17 irratifikawha). Madanakollu, din ġiet rifjutata mir-referendi nazzjonali fi Franza u fin-Netherlanza fl-2005.

B’kuntrast għal dan, it-Trattat ta’ Lisbona jemenda dawk it-trattati, kif għamlu t-Trattati ta’ Amsteradam u ta’ Nizza. Huwa jinkorpora l-maġġoranza tar-riformi istituzzjonali u dwar il-politika li ppreveda t-trattat kostituzzjonali.

TERMINI EWLENIN

L-ugwaljanza demokratika: l-UE trid tosserva l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini kollha tagħha, li għandhom jirċievu attenzjoni indaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha (Artikolu 9 tat-TUE).
Demokrazija rappreżentattiva: Iċ-ċittadini tal-UE huma rrappreżentati direttament fil-livell tal-UE mill-Parlament Ewropew.
Demokrazija parteċipattiva: Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet tal-UE u li jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-UE, pereżempju, bi djalogu permezz ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma jkunu membri tagħhom.

DOKUMENT EWLIENI

It-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f’Lisbona, fit-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 306, 17.12.2007, pp. 1-271)

l-aħħar aġġornament 15.12.2017



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top