RSS
Werrej alfabetiku

Il-proġett ta' integrazzjoni Ewropea permezz tat-Trattati

Affarijiet Istituzzjonali

L-iffirmar tat-Trattati Komunitarji (KEFA fl-1951, KEE u Euratom fl-1957) immarka l-punt ta' tluq ta' aktar minn ħamsin sena ta' elaborazzjoni tat-Trattati Ewropej. It-Trattati “fundaturi” li stabbilixxew il-Komunitajiet Ewropej kif ukoll l-Unjoni Ewropea u t-Trattati l-kbar li emendaw it-Trattati ewlenin jikkostitwixxu d-dritt primarju, jiġifieri d-dritt suprem tal-Unjoni u tal-Komunitajiet Ewropej.
Fit-Trattati, li ġew adottati mill-kapijiet tal-Istati jew tal-gvern tal-Istati Membri, insibu r-regoli formali u sostantivi li jikkostitwixxu l-qafas li fi ħdanu l-istituzzjonijiet jimplimentaw id-diversi politiki tal-Komunitajiet u tal-Unjoni. Dawn jiddeterminaw ir-regoli formali li jistipulaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati, u li fuqhom huma bbażati s-setgħat tal-istituzzjonijiet. Dawn jiddeterminaw ukoll ir-regoli sostantivi li jiddefinixxu l-kamp tal-politiki u jistrutturaw l-azzjoni tal-istituzzjonijiet fi ħdan kull waħda minnhom.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna