EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-istrument tal-UE għall-għajnuna umanitarja

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 rigward l-għajnuna umanitarja

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

  • L-għajnuna umanitarja tal-UE tipprovdi għajnuna, solliev u protezzjoni lill-persuni affettwati minn diżastri u emerġenzi simili naturali jew ikkawżati mill-bniedem. L-enfasi hija fuq il-vittmi l-aktar vulnerabbli.
  • Dan ir-regolament jistabbilixxi l-miri, il-prinċipji u l-proċeduri ewlenin għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tal-UE.

PRIJORITAJIET EWLENIN

Prinċipji

L-għajnuna mill-UE għandha tkun:

Benefiċjarji

L-għajnuna mill-UE hija kkoordinata mid-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO).

Il-finanzjament huwa maħsub għall-pajjiżi barra l-UE.

Is-setturi koperti

L-għajnuna umanitarja tista’ tingħata f’diversi forom, kull waħda skont it-tip ta’ kriżi, fosthom:

  • l-appoġġ f’ikel u nutrijenti;
  • għajnuna medika u sostenn psikosoċjali;
  • il-provvista tal-ilma u tas-sanità ;
  • kenn;
  • tiswijiet ta’ emerġenza fl-infrastrutturi;
  • it-tneħħija ta’ mini;
  • l-edukazzjoni.

L-għajnuna umanitarja tista’ tindirizza wkoll it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri.

Finanzjament

L-UE, flimkien mal-pajjiżi membri tagħha, hija l-akbar donatur fid-dinja ta’ għajnuna umanitarja. Fl-2014, madwar 121 miljun persuna minn aktar minn 80 pajjiż irċevew għajnuna mingħand l-UE, li tammonta għal aktar minn €1.27 biljun.

Din ipprovdiet solliev fir-reġjuni kollha madwar id-dinja li ntlaqtu minn kriżi kbira, fosthom is-Sirja, is-Sudan tan-Nofsinhar, il-Jemen u l-Ukraina.

Il-koordinazzjoni mal-imsieħba

L-għajnuna umanitarja mill-UE tiġi implimentata permezz ta' 200 organizzazzjoni msieħba, bħal aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjonijiet internazzjonali bħas-Salib l-Aħmar u bosta organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs).

Biex jirċievu l-finanzjament għal proġett umanitarju, l-organizzazzjonijiet imsieħba jippreżentaw proposti ta’ finanzjament u jsegwu linji gwida stretti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti.

L-imsieħba jridu jirrikonoxxu l-appoġġ tal-UE billi juru l-identità viżwali tal-UE fis-siti tal-proġetti.

U jridu jikkoordinaw mill-qrib il-proġetti tagħhom, sabiex jiżguraw li l-għajnuna tkun effiċjenti u f’waqtha.

Azzjoni fit-tul

L-għajnuna umanitarja tingħata wkoll sabiex tagħti spinta lir-reżiljenza għal diżastri futuri, billi tipprovdi benefiċċji ta’ żvilupp fuq terminu itwal, skont:

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-5 ta’ Lulju 1996.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, pp. 1–6)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1257/96 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 26.07.2016

Top