RSS
Werrej alfabetiku

Id-Drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea

Drittijiet tal-bniedem

L-Unjoni Ewropea (UE) tagħti importanza kbira internament lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-prinċipji tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem huma stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ibbażata fuq inizjattivi u programmi bħad-Daphne u Progress, l-azzjoni tal-Unjoni tiffoka fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u ksenofobija u fuq il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, bħat-tfal, nisa u minoritajiet. L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tissorvelja r-rispett lejn il-valuri prinċipali tal-Unjoni. B'mod partikulari, hija tipprovdi assistenza u esperjenza lill-Istati Membru u lill-organi tal-Unjoni li jimplimentaw il-liġi tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna