EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Politika barranija u tas-sigurtà

foreign_and_security_policy

Il-politika barranija u tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (UE) timmira li tippermetti lit-27 pajjiż membru jkollhom preżenza akbar fix-xena dinjija milli kieku kienu jagħmlu li kieku kellhom jaġixxu waħidhom.

Apparti milli tippreserva l-paċi u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, il-politika tfittex li tippromwovi d-demokrazija, ir-regola tal-liġi u r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem madwar id-dinja.

It-Trattat ta' Lisbona tal-2009 stabbilixxa l-fergħa diplomatika tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.