Dimensjoni internazzjonali u tkabbir
L-Unjoni Ewropea, bħala produttur u importatur kbir ta' oġġetti tal-ikel, iffirmat għadd ta' Ftehimiet u ngħaqdet ma' diversi organi internazzjonali li jgħinu bil-ħolqien ta' standards ta' sigurtà u kwalità ta' oġġetti tal-ikel u prodotti tal-ikel, inkluzi l-Codex Alimentarius u l-Uffiċċju Internazzjonali dwar l-Epiżutija. Il-qafas legali tal-Unjoni (l-acquis tal-Unjoni Ewropea) rigward is-sigurtà tal-ikel huwa adottat mill-pajjiżi li jingħaqdu mal-Unjoni Ewropea taħt l-intestatura tal-agrikoltura u l-politika dwar il-konsumatur.



