RSS
Werrej alfabetiku

Sigurtà fl-Ikel

Sigurtà fl-Ikel

L-għan tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-ikel hija li tħares is-saħħa u l-interessi tal-konsumatur filwaqt li tiggarantixxi t-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq uniku. Sabiex tikseb dan l-għan, l-UE tiżgura li jiġu stabbiliti standards ta' kontroll u li dawn jiġu segwiti fir-riwgard tal-ikel u l-iġjene fil-prodotti tal-ikel, saħħa u l-benesseri tal-annimali, saħħa tal-pjanti u l-prevenzjoni ta' riskju ta' kontaminazzjoni minn sustanzi esterni. Hija tistabbilixxi regoli dwar tikkettjar xieraq għal dan l-ikel u prodotti tal-ikel. Fil-bidu tas-sena 2000 saret riforma f'din il-politika, skont l-approċċ "Mir-Razzett sal-Furketta", u b'hekk tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà għall-ikel u għall-prodotti tal-ikel ikkummerċjalizzati fl-UE, fl-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni u distribuzzjoni. Dan l-approċċ jinvolvi kemm il-prodotti tal-ikel prodotti fl-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk importati minn pajjiżi terzi.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna