Kontaminazzjoni u fatturi ambjentali
L-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb li tipprevjeni u tillimita kull kontaminazzjoni ta' oġġetti tal-ikel minn ċerti sustanzi mhux mixtieqa jew bħala riżultat ta' attivitajiet umani. L-UE għalhekk tirregola l-użu ta' ċerti sustanzi kimiċi speċifiċi, bħal dawk użati fil-biedja jew f'ċerti tekniċi ta' produzzjoni jew ipproċessar tal-ikel. Jittieħdu wkoll miżuri biex tiġi limitata l-kontaminazzjoni mit-tniġġis tal-ilma jew tal-arja, jew minn espożizzjoni għar-radjuattività. Ir-riskji ta' kontaminazzjoni minn organiżmi modifikati ġenetikament u minn ippakkjar ta' ikel huma wkoll immonitorjati..
- ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
-
KONTAMINAZJONI PERMEZZ TA' PRODOTTI KIMIĊI
- Pestiċidi
- Limiti massimi ta' pestiċidi għall-prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem u għall-għalf
- Il-fertilizzanti
- Nitrati minn sorsi agrikoli
- Bioċidi
- Prodotti bijoċidi (sal-1 ta’ Settembru 2013)
- Eliminazzjoni u minimizzazzjoni tal-produzzjoni, użu u rilaxx ta' pollutanti organiċi persistenti (POPs)
- Esportazzjoni u ħżin ta’ merkurju
- Strateġija tal-Unjoni dwar il-merkurju
- Solventi ta' estrazzjoni użati fl-oġġetti tal-ikel
- Strateġija tal-Unjoni għad-dijossini, furans u PCBs
- KONTAMINAZZJONI PERMEZZ TA' SUSTANZI B'AZZJONI ORMONALI JEW SUSTANZI OĦRA
-
KONTAMINAZZJONI MINĦABBA KUNTATT MA' OĠĠETTI TAL-IKEL
- Prattika ta' manifattura tajba għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel
- Imballaġġ “attiv” u “intelliġenti”
- Materjali u oġġetti tal-plastik
- Materjali u oġġetti tal-plastik riċiklati
- Materjali u oġġetti f'rita taċ-ċelluloża riġenerata
- Materjali u oġġetti attivi u intelliġenti
- Ittestjar tal-migrazzjoni ta' materjali tal-plastik f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel
- Materjali u oġġetti li fihom monomer tal-klorur tal-vinil
- Rilaxx tan-N-nitrosamini mill-gażażi tal-lastiku
- Restrizzjoni ta' derivattivi epossidiċi fl-imballaġġ tal-ikel
- Oġġetti taċ-ċeramika f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel
- KONTAMINAZZJONI MINĦABBA ORGANIŻMI MODIFIKATI ĠENETIKAMENT
- KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA



