EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Komunità Andeana

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 98/278/KE — konlużjoni ta’ ftehim qafas dwar il-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, li huma r-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolumbja, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika tal-Perù u r-Repubblika tal-Venezuela

Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, li huma r-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolumbja, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika tal-Perù u r-Repubblika tal-Venezuela

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U L-FTEHIM QAFAS?

  • Id-deċiżjoni tikkonkludi l-ftehim qafas f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE; issa l-Unjoni Ewropea (UE)).
  • Il-ftehim qafas għandu l-għan li jikkonsolida, isaħħaħ u jintensifika r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.

PUNTI EWLENIN

  • Il-“Komunità Andeana” hija żona ta’ kummerċ ħieles stabbilita skont il-Ftehim ta’ Kartaġena fl-1969. Oriġinarjament kienet tikkonsisti minn ħames pajjiżi (il-Bolivja, iċ-Ċilì, il-Kolumbja, l-Ekwador u l-Perù) li mbagħad ingħaqad magħhom is-sitt pajjiż, il-Venezwela. Tnejn mill-pajjiżi sussegwentement irtiraw mill-komunità — Iċ-Ċilì (1976) u l-Venezwela (2006).

Kooperazzjoni

Il-partijiet qablu li jistabbilixxu kooperazzjoni ekonomika b’ambitu l-aktar wiesa’ possibbli. L-oqsma ta’ kooperazzajoni jinkludu:

  • l-industrija;
  • ix-xjenza u t-teknoloġija;
  • l-agrikoltura u s-sajd;
  • is-servizzi;
  • regolamenti tekniċi, tas-saħħa u tas-saħħa tal-pjanti;
  • l-iżvilupp reġjonali u l-integrazzjoni tal-fruntieri.

L-għan tal-kooperazzjoni jinkludi:

  • it-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tar-rabtiet ekonomiċi;
  • il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomiji u l-istandards tal-għajxien;
  • l-inkoraġġiment tal-espansjoni tal-kummerċ għad-diversifikazzjoni u l-ftuħ ta’ swieq ġodda;
  • l-inkoraġġiment tal-fluss tal-investiment, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-rinfurzar tal-protezzjoni tal-investiment;
  • iż-żieda tal-livell tal-impjiegi u t-titjib tal-produttività tal-bniedem fis-settur tax-xogħol;
  • il-promozzjoni tal-iżvilupp rurali u t-titjib tal-kapaċità tat-teknoloġija;
  • l-appoġġ tal-moviment lejn l-integrazzjoni reġjonali;
  • l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-istatistika u l-metodoloġija.

Mezzi ta’ kooperazzjoni jinkludu:

  • aktar kuntatti;
  • parteċipazzjoni konġunta ta’ kumpaniji mill-UE u l-Komunità Andeana;
  • għajnuna teknika, proġetti ta’ riċerka;
  • il-promozzjoni ta’ joint ventures;
  • l-iskambju ta’ informazzjoni;
  • u l-formazzjoni ta’ netwerks kummerċjali.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim qafas daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1998.

SFOND

L-UE għandha wkoll Ftehim Kummerċjali Komprensiv mal-Kolumbja, il-Perù u l-Ekwador (ara s-sommarju). Ilu japplika b’mod proviżorju fil-Kolumbja u l-Perù mill-2013 u fl-Ekwador mill-2017.

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill 98/278/KE tas-7 ta’ April 1998 rigward il-konklużjoni ta’ ftehim qafas dwar il-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, li huma r-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolumbja, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika tal-Perù u r-Repubblika tal-Venezuela (ĠU L 127, 29.4.1998, p. 10)

Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, li huma r-Repubblika tal-Bolivja, ir-Repubblika tal-Kolumbja, ir-Repubblika tal-Ekwador, ir-Repubblika tal-Perù u r-Repubblika tal-Venezuela (ĠU L 127, 29.4.1998, pp. 11-25)

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni proviżorja tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolumbja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, pp. 1-2)

Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolumbja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, pp. 3-2607)

Emendi suċċessivi fil-Ftehim Kummerċjali ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolumbja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex iqisu l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, pp. 1-2)

Protokoll ta’ Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolumbja u l-Perù, min-naħa l-oħra biex iqisu l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, pp. 3-1456)

l-aħħar aġġornament 06.04.2020

Top