EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Relazzjonijiet esterni

external_relations

Il-ħidma tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni tinkludi n-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali, u l-kooperazzjoni fuq l-enerġija, is-saħħa, il-klima u kwistjonijiet ambjentali, spiss fil-kuntest ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti. Topera wkoll il-programmi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fir-rigward tal-eqreb ġirien internazzjonali tagħha.

Taħt it-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-2009, kien hemm riorganizzazzjoni tal-ħidma tar-relazzjonijiet esterni tal-UE bil-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS), il-fergħa diplomatika tal-Unjoni Ewropea, u l-kariga ta' Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.