EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Vjeġġi ta' sustanzi radjoattivi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (Euratom) Nru 1493/93 dwar il-vjeġġi ta' skart radjoattiv

SOMMARJU

Wara t-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), fl-1 ta' Jannar 1993, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom bżonn tal-istess livell ta' informazzjoni dwar il-vjeġġi ta' sustanzi attivi bħal qabel sabiex ikomplu jimplimentaw il-kontrolli tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jintroduċi sistema mifruxa mal-UE kollha għal dikjarazzjonijiet ta' vjeġġi ta' sustanzi radjoattivi bejn il-pajjiżi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Obbligi tad-detenturi

Meta jkun qed iwettaq vjeġġi ta' materjal radjoattiv, id-“detentur”* għandu jipprovdi dikjarazzjoni minn qabel skont id-destinatarju*. Din id-dikjarazzjoni għandha tiċċertifika l-konformità tad-destinatarju mal-liġi tal-UE dwar rapportar obbligatorju fuq attivitajiet relatati ma' sustanzi radjoattivi naturali u artifiċjali. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-pajjiż ta' destinazzjoni tal-UE.

Id-detenturi għandhom jikkonformaw ukoll mar-regolamenti nazzjonali għal ħżin, użu u rimi bla periklu dwar l-attività radjoattiva.

Il-passi involuti jinkludu:

Id-destinatarju jissottometti d-dikjarazzjoni lill-awtorità.

L-awtorità tinnota d-dikjarazzjoni, tikkonferma dan b'timbru uffiċjali u tibgħatha lura lid-destinatarju.

Id-destinatarju mbagħad jibgħat id-dikjarazzjoni lid-detentur.

Dikjarazzjoni hija valida għal massimu ta' 3 snin.

Vjeġġi Multipli

Id-dikjarazzjoni maħruġa tista' tirreferi għal vjeġġi multipli jekk:

is-sustanzi radjoattivi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi;

is-sorsi ssiġillati* li tirrelata magħhom ma jaqbżux il-livelli ta' attività stabbiliti fid-dikjarazzjoni;

il-vjeġġi jsiru mill-istess detentur lill-istess destinatarju u jinvolvu l-istess awtoritajiet kompetenti.

Informazzjoni

Id-detentur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet fi żmien 21 ġurnata minn kwalunkwe vjeġġ:

l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji;

ir-radjoattività totali ta' kull kunsinna mwassla;

in-numru ta' kunsinni magħmula u l-kwantitajiet mogħtija lil kull destinatarju; it-tip ta' sustanza (sors issiġillat jew sors relevanti ieħor).

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw l-attivitajiet kollha li jistgħu jinvolvu periklu li jirriżulta minn radjazzjoni jonizzanti.

Skart radjoattiv

Vjeġġi ta' skart radjoattiv bejn il-pajjiżi tal-UE u għal ġewwa u 'l barra mill-UE huma soġġetti għal miżuri speċifiċi stabbiliti mid-Direttiva 2006/117/Euratom.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mid-9 ta' Lulju 1993.

TERMINI EWLENIN

* Detentur: kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni responsabbli għall-ippjanar tal-vjeġġi ta' skart radjoattiv jew tal-fjuwil użat u responsabbli legalment għalih qabel it-trasbord.

* Destinatarju: il-parti li tirċievi l-kunsinna.

* Sors issiġillat: sors ta' radjazzjoni jonizzanti li jikkonsisti minn sustanzi radjoattivi inkorporati b'mod sod f'materjali solidi u effettivament inattivi, jew issiġillati f'reċipjent inattiv ta' saħħa suffiċjenti sabiex jiġi impedut, taħt kundizzjonijiet normali ta' użu, kwalunkwe tixrid ta' sustanzi radjoattivi.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1493/93 tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar kunsinni ta' sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (Euratom) Nru 1493/93

9.7.1993

ĠU L 148, 19.6.1993, p. 1–7

ATTI RELATATI

Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart radjuattiv u ta' kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21–32)

Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1–73)

l-aħħar aġġornament 22.10.2015

Top