RSS
Werrej alfabetiku

Nindirizzaw it-tibdil fil-klima

Ambjent

It-tibdil fil-klima hi waħda mill-ikbar sfidi li qed tiffaċċja l-umanità fis-snin li ġejjin. Temperaturi dejjem jisħnu, it-tidwib tal-glaċieri u n-nixfa li dejjem qed issir aktar frekwenti, u l-għargħar, huma kollha evidenza li t-tibdil fil-klima qiegħed tabilħaqq iseħħ. Ir-riskji għall-pjaneta kollha u għall-ġenerazzjonijiet futuri huma kolossali u hemm bżonn li tittieħed azzjoni urġenti.
L-Unjoni Ewropea issa ilha diversi snin impenjata biex taffronta t-tibdil fil-klima kemm internament kif ukoll internazzjonalment, u tagħti priojorità fl-aġenda tal-UE, kif rifless fil-politika Ewropea dwar it-tibdil fil-klima. Tabilħaqq, l-UE qed tieħu azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma kollha tal-attività tagħha fi sforz biex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin: il-konsum ta' enerġija li tniġġes inqas b'mod aktar effiċjenti, il-ħolqien ta' metodi ta' trasport aktar nodfa u aktar bilanċjati, li l-kumpaniji jsiru iktar ambjentalment responsabbli mingħajr ma tiġi kompromessa l-kompetittività tagħhom, li jiġi żgurat ippjanar dwar użu tal-art u agrikoltura li jkun favur l-ambjent, u jinħolqu kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu r-riċerka u l-innovazzjoni.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna