RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Ambjent

Ambjent

Ilma, ikel, ossiġnu, enerġija u ħafna aktar... l-ambjent jissodisfa ħafna mill-ħtiġijiet vitali tagħna. Għandna dmir lejna nfusna li nipproteġu l-ambjent tagħna u nużawh b'attenzjoni; is-saħħa u s-sopravivenza tagħna stess qegħdin f'riskju. Sa mill-bidu tas-snin 1970, l-Ewropa obbligat ruħha bis-sħiħ biex tipproteġi l-ambjent: il-ħarsien tal-kwalità tal-arja u tal-ilma, il-konservazzjoni tar-riżorsi u l-protezzjoni tal-bijodiversità, l-immaniġġjar u l-kontroll ta' attivitajiet li għandhom impatt ambjentali negattiv huma biss xi wħud mill-oqsma li fihom l-UE hi attiva, kemm fil-livell ta' Stat Membru kif ukoll internazzjonalment. Sew jekk permezz ta' miżuri korrettivi relatati ma' problemi ambjentali speċifiċi u sew jekk permezz ta' miżuri transversali integrati f'oqsma oħra ta' politika, il-politika ambjentali Ewropea, ibbażata fuq Artikolu 174 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, timmira biex tiżgura l-iżvilupp sostenibbli tal-mudell Ewropew tas-soċjetà.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna