RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 23-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - GA - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Il-Programm LIFE+

Il-programm LIFE+ jiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi li jikkonċernaw l-ambjent. B’mod partikolari, dan il-programm jiffaċilita l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali fil-politiki l-oħra u, b’mod aktar ġenerali, jieħu sehem fl-iżvilupp sostenibbli. Il-programm LIFE+ jieħu post ċertu numru ta’ strumenti finanzjarji ddedikati għall-ambjent fosthom il-programm LIFE li ġie qablu.

ATT

Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+).

SOMMARJU

Kif jindika ismu, il-programm LIFE+ huwa s-suċċessur tal-programm LIFE mniedi fl-1992. Bħall-predeċessur tiegħu, LIFE+ jikkofinanzja proġetti favur l-ambjent fl-Unjoni Ewropea (UE) u f’ċerti pajjiżi terzi (pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-UE, pajjiżi tal-EFTA li huma membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni). Il-proġetti ffinanzjati jistgħu jistgħu jiġu minn atturi, korpi jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati.

It-tliet komponenti tematiċi

Il-programm LIFE+ jinqasam fi tliet komponenti:

  • “Natura u Bijodiversità” LIFE+;
  • “Politika Ambjentali u Tmexxija” LIFE+, u
  • “Informazzjoni u Komunikazzjoni” LIFE+.

Il-programm strateġiku pluriennali dispost fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jagħti d-dettalji tal-oqsma ta’ azzjoni prijoritarji.

Id-dewmien u r-riżorsi baġitarji

Il-pakkett finanzjarju ta’ LIFE+ huwa ta’ EUR 2 143,409 miljun għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-għażla tal-proġetti

Kull sena, il-Kummissjoni tibgħat appell għal proposti billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-programm starteġiku pluriennali dispost fl-Anness II u l-prijoritajiet nazzjonali eventwali li ġew trażmessi lilu. Il-Kummissjoni tiddeċiedi liema proġetti, minn fost dawn li jiġu ppreżentati lilha, jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju ta’ LIFE+ u din tippubblika l-lista ta’ dawn il-proġetti b’mod regolari.

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

Il-proġetti ffinanzjati jridu jwieġbu għall-kriterji li ġejjin:

  • ikunu ta’ interess Komunitarju billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni u l-aġġornar tal-politika u tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ambjent;
  • ikunu teknikament u finanzjarjament koerenti u possibbli, u joffru rapport tajjeb bejn l-ispejjeż u l-effikaċja;
  • tal-inqas jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
    1. jikkonċernaw l-aħjar prattiki jew il-wiri fir-rigward tal-protezzjoni tal-għasafar selvaġġi jew tal-ħabitats;
    2. jippreżentaw karattru innovattiv jew ta’ wiri fil-livell komunitarju dwar l-objettivi tal-politika tal-ambjent;
    3. jikkonsistu f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni jew ta’ taħriġ fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħruq ta’ foresti;
    4. ikopru s-sorveljanza estiża, armonizzata, globali u għal perjodu twil tal-foresti u tal-interazzjonijiet ambjentali.

It-tipi ta’ interventi

Il-finanzjament Komunitarju jingħata f’diversi forom:

  • kemm sovvenzjonijiet (ftehimiet qafas ta’ sħubijiet, parteċipazzjoni f’mekkaniżmi finanzjarji jew f’fond, kofinanzjament ta’ sovvenzjonijiet ta’ funzjonament jew ta’ azzjoni);
  • kemm ta’ swieq pubbliċi (xiri ta’ servizzi u prodotti).

Il-programmazzjoni

Tal-inqas 78 % tar-riżorsi ta’ LIFE+ jintużaw għas-sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti. Il-kofinanzjament ta’ sovvenzjonijiet jitla’ sa massimu ta’ 50 % mill-ispejjeż eliġibbli; minkejja dan, għall-proġetti ta’ protezzjoni ta’ ħabitats jew ta’ speċi prijoritarji, LIFE+ jista’ jiffinanzja sa 75 % ta’ dawn l-ispejjeż. Tal-inqas 50 % tal-fondi affettwati għal sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti huma riżervati għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. Barra minn hekk, tal-inqas 15 % tal-fondi mogħtija għal sovvenzjonijiet ta’ azzjoni għal proġetti huma riżervati għal proġetti transnazzjonali.

Il-proġetti kofinanzjati jridu jitqassmu b’mod proporzjonali mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar tistabbilxxi allokazzjonijiet annwali indikattivi għall-perjodi 2007–2010 u 2010–2013, fuq il-bażi tal-popolazzjoni totali u d-densità totali ta’ kull Stat Membru, kif ukoll fuq il-bażi tal-erja taż-żoni ta’ importanza Komunitarja ta’ kull Stat Membru u l-parti tat-territorju ta’ kull Stat Membru kopert minn żoni ta’ importanza Komunitarja. Jistgħu jingħataw fondi addizzjonali lill-Istati Membri mingħajr kosta.

Il-komplimentarjetà bejn l-istrumenti finanzjarji

LIFE+ ma jiffinanzjax miżuri li jilħqu l-kriterji ta’ strumenti finanzjarji Komunitarji oħra jew li jirċievu appoġġ minn dawn, kemm jekk dan ikun il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività, il-Fond Ewropew għas-Sajd kif ukoll is-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ wiri.

Sorveljanza u kontroll

Il-Kummissjoni tiżgura finanzjamenti, is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-proġetti kif ukoll, eventwalment, tal-irkupru ta’ somom imħallsa bi żball, u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni se twettaq analiżi ta’ nofs il-perjodu ta’ LIFE+.

Kuntest

LIFE+ jieħu post diversi programmi finanzjarji eżistenti (il-programm LIFE, il-programm ta’ kooperazzjoni li jiffavorixxi l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni urbani, il-programm għall-promozzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (DA) (DE) (EL) (EN) (ES) (FR) (IT) (NL) (PT) (FI) (SV) u Forest Focus ) sabiex jgħaqqadhom f’ġabra waħda ta’ regoli u ta’ proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u sabiex jippermetti immirar aktar koerenti u għalhekk, effikaċja akbar tal-azzjoni Komunitarja. Il-finanzjament mogħti għal dawn il-programmi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ LIFE+ jibqgħu jkunu sottomessi għall-istess regoli sal-kisba tagħhom.

REFERENZI

Att Dħul fis-seħħ - Data ta' skadenza Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri Ġurnal Uffiċjali
Regolament (KE) Nru 614/2007

12.6.2007 – 31.12.2013

ĠU L 149, 9.6.2007

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2010, intitolata “Reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament LIFE+” (COM(2010) 516 finali — Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 07.12.2010

Ara wkoll

  • Il-Programm LIFE (EN), Direttorat Ġenerali għall-Ambjent
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna