RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 23-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - GA - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Prodotti tessili: isem il-fibri tessili u t-tikkettar

Dan ir-regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet armonizzati relatati mat-tikkettar u l-immarkar tal-prodotti tessili sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għas-suq intern fis-settur tat-tessili u sabiex jiġi ggarantit tagħrif adegwat għall-konsumaturi.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE).

SOMMARJU

Dan ir-regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijeit relatati:

  • ma’ isem il-fibri tessili * fir-rigward tad-definizzjoni u l-użu tagħhom sabiex tiġi indikata l-kompożizzjoni f’fibri tal-prodotti tessili;
  • mat-tikkettar ta’ prodotti tessili * li jinkludu partijiet mhux tessili li joriġinaw mill-annimali;
  • mal-metodi ta’ analiżi għall-verifika tat-tagħrif indikat fuq it-tikketti jew fuq l-immarkar.

Il-prodotti kkonċernati mir-regolament

Dan ir-regolament jikkonċerna l-prodotti tessili, jiġifieri:

  • il-prodotti kostitwiti minn fibri tessili għal tal-inqas 80 % tal-piż tagħhom;
  • il-prodotti assimilati mal-prodotti tessili.

Dan ir-regolament ma jikkonċernax il-prodotti tessili esternalizzati lil persuni li jaħdmu mid-dar jew lil impriżi indipendenti mingħajr ma jkun hemm trasferiment tal-proprjetà, u lanqas għall-prodotti tessili ffabbrikati minn ħajjata indipendenti.

Isem il-prodotti tessili

Id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni f’fibri tal-prodotti tessili trid tuża l-fibri tessili spjegati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament. Ir-regolament jistipula liema isem jikkorrispondi għal dak it-tip ta’ fibra. L-użu ta’ dawn l-ismijiet huwa pprojbit għal fibri oħrajn.

Il-manifatturi għandhom il-possibilità li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iżżid isem ġdid ta’ fibra tessili fl-Anness I tar-regolament. Mat-talba tagħhom irid jiġi mehmuż dossier tekniku stabbilit b’konformità mal-Anness II u li jkun fih it-tagħrif li ġej:

  • l-isem, id-definizzjoni u l-identifikazzjoni proposti għall-fibra tessili l-ġdida;
  • metodi ta’ identifikazzjoni u kwantifikazzjoni elaborati biżżejjed;
  • tagħrif supplementari relatati ma’ reazzjonijiet allerġiċi eventwali jew ma’ proċessi ta’ produzzjoni jew fl-interess tal-konsumatur.

Indikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti tessili

L-użu tat-termini “100 %”, “pur” jew “kollu/ha” huwa limitat għall-prodotti komposti minn fibra tessili waħda.

It-terminu “suf verġni” jew “suf mill-ġiżż” (kif ukoll it-termini li jidhru fl-Anness III) jista’ jintuża fuq it-tikketta bil-kundizzjoni li l-prodott ikun esklussivament kompost minn fibra tas-suf li ma tkunx ġiet inkorporata qabel mal-prodott lest, u li ma tkunx ġiet soġġetta għal brim. Meta s-suf ikun jinsab f’taħlita ta’ fibri tessili, it-terminu “suf verġni” jista’ jintuża fuq it-tikketta jekk:

  • is-suf kollu huwa kompost minn fibra waħda tas-suf;
  • il-kwantità ta’ dan is-suf mhijiex inqas minn 25 % tal-piż totali tat-taħlita;
  • is-suf mhuwiex imħallat ħlief ma’ fibra oħra f’każ ta’ taħlita mqarxda.

Fuq it-tikkettar tagħhom, il-prodotti tessili komposti minn bosta fibri jridu juru l-isem u l-perċentwal f’piż tal-fibri kollha ppreżentati, f’ordni dixxendentali. It-terminu “fibri oħra” jista’ jintuża jekk ċerti fibri minuri ma setgħux jiġu ddikjarati fil-mument tal-fabrikazzjoni tal-prodott jew l-oġġett għall-fibri mhumiex imsemmija fl-Anness I. It-termini “fibri mħallta” jew “kompożizzjoni tat-tessut mhux speċifikata” jistgħu jintużaw fuq prodott tessili li l-kompożizzjoni tiegħu diffiċilment tista’ tiġi ppreċiżata fil-mument tal-fabrikazzjoni.

Il-preżenza tal-partijiet mhux tessili ta’ oriġini mill-annimali fi prodott tessili trid tiġi sinjalata permezz tal-frażi “Jinkludi partijiet mhux magħmula mit-tessuti, li joriġinaw mill-annimali” fuq it-tikketta.

It-tikkettar u l-immarkar tal-prodotti tessili

Meta jitqiegħdu fis-suq, il-prodotti tessili jiġu tikkettati u mmarkati b’mod dejjiemi, li jista’ jinqara, viżibbli u aċċessibbli, sabiex tiġi indikata l-kompożizzjoni tagħhom f’fibri. Għall-prodotti li mhumiex desitnati għall-konsumatur aħħari, dawn it-tikketti jew l-immarkar jistgħu jiġu sostitwiti minn dokument kummerċjali ta' sostenn. Għalhekk, jiġu fornuti mill-manifattur tal-prodott.

Għall-prodotti tessili kkostitwiti minn żewġ partijiet tessili jew aktar li ma jkollhomx l-istess kompożizzjoni f’fibri tessili, trid tiġi indikata l-kompożizzjoni tal-fibri ta’ kull waħda mill-partijiet.

It-tikkettar ma jridx ikun fih taqsiriet ta’ kliem. Irid anki jiġi propost f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Istat Membru li l-prodott jitqiegħed fis-suq tiegħu.

L-attur ekonomiku li jqiegħed prodott tessili fis-suq huwa responsabbli mit-tikketta u l-immarkar.

Id-deskrizzjonijiet relatati mal-kompożizzjoni f’fibri tessili jridu anki jidhru fuq il-katalogi, il-prospetti jew l-imballaġġi. Dan it-tagħrif irid ikun viżibbli fil-kuntest ta’ xiri online.

It-tikkettar mhuwiex obbligatorju għall-prodotti li l-lista tagħhom qiegħda fl-Anness V.

Sorveljanza tas-suq

Il-kontrolli ta’ konformità tal-kompożizzjoni f’fibri tal-prodotti tessili jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, skont il-metodi spjegati fl-Anness VIII.

Mit-8 ta’ Mejju 2012, dan ir-regolament jirrevoka d-Direttivi 73/44/KEE, 96/73/KE u 2008/121/KE.

Termini ewlenin tal-att
  • Fibra tessili: element ikkaratterizzat mill-flessibilità tiegħu, il-finezza tiegħu u t-tul kbir tiegħu meta mqabbel mad-dimensjoni trasversali massima, li jrenduh adattat għall-applikazjonijiet tessili, jew strixxa jew tubu flessibbli li l-wisgħa apparenti tagħhom ma taqbiżx il-5 millimetri, inklużi l-istrixxi maqtugħin minn strixxi jew films usa’ ffabbrikati, prodotti minn sostanzi użati għall-manifattura tal-fibri elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness I.
  • Prodott tessili: tfisser kwalunkwe prodott mhux maħdum, parzjalment maħdum, maħdum, parzjalment manifatturat, manifatturat, parzjalment lest jew lest li jkun esklużivament magħmul minn fibri tat-tessut, irrispettivament mill-proċess ta’ taħlit jew ta’ assemblaġġ użat.

REFERENZA

AttDħul fis-seħħSkadenza għat-traspożizzjoni fi ħdan l-Istati MembriĠurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011

7.11.2011

ĠU L 272, 18.10.2011

L-aħħar aġġornament: 09.01.2012

Ara wkoll

  • Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija – Prodotti tessili u ħwejjeġ (DE) (EN) (FR)
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna