RSS
Werrej alfabetiku

Intrapriża

Intrapriża

Il-prosperità tal-Ewropa hija mibnija fuq dik tan-negozji tagħha. In-negozji huma element ewlieni għat-tkabbir u impjiegi, u t-tnedija mill-ġdid tal-Istrateġija ta' Lisbona fl-2005 għamlet il-politika dwar l-intrapriża u l-industrija waħda mill-prijoritajiet fl-Ewropa.
Skont l-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea (UE) fasslet għaliha nnifisha l-mira li toħloq l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għall-kompetittività.
Iż-żamma tal-kompetittività hija sfida kostanti. Huwa għalhekk li l-UE għandha l-mira li tħeġġeġ ambjent favorevoli għall-inizjattiva, għall-iżvilupp tan-negozji, għall-kooperazzjoni internazzjonali u għat-titjib tal-esplojtazzjoni tal-potenzjal industrijali tal-politika ta' żvilupp ta' innovazzjoni, riċerka u teknologika. Din il-politika hija ta' importanza vitali fil-kuntest tal-kompetizzjoni globali.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna