RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Ambjent għan-Negozju

Intrapriża

Il-proċesss tal-ftuħ u l-iżvilupp tan-negozju mhuwiex xi avventura, iżda sfida reali. Bil-għan li jkunu mgħejjuna intraprendituri dwar dan, huwa essenzjali li jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozju.
L-assigurazzjoni ta' aċċess eħfef għall-finanzjament, leġiżlazzjoni aktar ċara u aktar effettiva u l-iżvilupp ta' kultura imprenditorjali u netwerks ta' sostenn għan-negozji huma lkoll strumentali għal dak li għandu x'jaqsam mal-ftuħ u t-tkabbir tan-negozji.
Madankollu, il-ħolqien ta' ambjent favorevoli għan-negozju ma jfissirx sempliċiment it-titjib tal-potenzjal tat-tkabbir tal-kummerċ. Ifisser ukoll li l-Ewropa tinbidel f'post fejn huwa vantaġġjuż li wieħed jinvesti u jaħdem. B'dan il-mod, il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji qed tikkontribwixxi biex in-negozju fl-Ewropa jsir aktar attraenti.
Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jifformaw 99 % tan-negozji Ewropej. Id-daqs żgħir tagħhom jagħmilhom sensittivi ħafna għall-bidliet fl-industrija u fl-ambjent fejn huma jikkoperaw. Huwa għalhekk vitali li l-benesseri tagħhom ikun il-fokus tal-attenzjoni politika.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna