RSS
Werrej alfabetiku

It-tkabbir

It-tkabbir

Stabbilita fl-1957, l-Unjoni Ewropea kibret minn sitta sa sebgħa u għoxrin Stat Membru bħala riżultat ta' ħames tkabbir. It-tkabbir huwa forza importanti li tqanqal l-integrazzjoni. Madankollu, kien il-ħames tkabbir li ddefinixxa l-profil tal-politika tat-tkabbir. Dan il-ħames tkabbir sar fuq skala bla preċedenti f'żewġ mewġiet suċċessivi fl-2004 u fl-2007 biex jilqa' tnax-il Stat Membru ġdid. Dan issa jkopri l-pajjiżi applikanti għas-sħubija fl-UE u l-kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent. L-ewwel wieħed daħal taħt il-proċess tat-tkabbir u l-aħħar wieħed taħt il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni.
L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-kriterji ta' Kopenħagen jipprovdu l-qafas għat-tkabbir. Billi l-għan tal-proċess tat-tkabbir huwa t-tħejjija tal-pajjiżi applikanti sabiex huma jkunu jistgħu jassumu l-obbligi tagħhom bħala Stati Membri mal-adeżjoni, il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni jimmira li gradwalment li jressaq il-kandidati potenzjali eqreb lejn l-UE. Dawn il-proċessi huma bbażati fuq kondizzjonijiet stretti, b'konsiderazzjoni sħiħa għar-rekwiżiti u meriti speċifiċi ta' kull pajjiż, u huma sostnuti minn strumenti bilaterali u finanzjarji maħsuba għal dan il-għan.

  • Tkabbir li għadu għaddej
    Strateġija dwar it-Tkabbir, Pajjiżi li jkunu fi triqithom lejn l-adeżjoni, il-Kroazja, it-Turkija, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Għajnuna Finanzjarja, Strument ta’ Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni IPA), Kooperazzjoni Settorjali, il-komunità Torka Ciprijotta
  • Tkabbir 2004 u 2007
    L-istorja tat-tkabbir, Dispożizzjonijiet Ġenerali, Approċċ settorjali, Strumenti ta' qabel l-adeżjoni (2000-2006), Phare, ISPA, SAPARD, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, u s-Slovenja
  • Il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni: il-Balkani tal-Punent
    Strateġija tat-tkabbir, Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; Sħubiji Ewropej, Strumenti, Strument ta' Għajnuna għal Qabel l-Adeżjoni (SGħA), Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, Parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità, Miżuri eċċezzjonali dwar il-kummerċ, Kooperazzjoni settorjali

Ara wkoll

  • Ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni Ewropea: Tkabbir
  • Aktar informazzjoni: id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għat-Tkabbir
  • Ftehimiet Internazzjonali (EN)
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna