RSS
Werrej alfabetiku

Enerġija rinnovabbli

Enerġija

Sorsi rinnovabbli ta' enerġija — enerġija mir-riħ, enerġija mix-xemx (termali u fotovoltajka), enerġija idroelettrika, enerġija mill-marea, enerġija ġeotermali u mill-bijomassa — huma alternattiva essenzjali għall-fjuwils fossili. L-użu ta' dawn is-sorsi jgħin mhux biss biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-konsum, iżda wkoll biex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq l-importazzjoni ta' fjuwils fossili (partikolarment żejt u gass).
Biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża ta' porzjon ta' 20 % ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita globali tal-enerġija, l-UE qed tippjana biex tiffoka l-isforzi tagħha fuq is-setturi tal-elettriku, tisħin u tkessiħ, u fuq il-bijofjuwils. Fit-trasport, li jiddependi kważi esklużivament fuq iż-żejt, il-Kummissjoni qed tittama li l-porzjon ta' bijofjuwils fil-konsum totali tal-fjuwil ser ikun ta' 10 % sal-2020.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna