RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Enerġija nukleari

Enerġija

Power stations nukleari bħalissa qed jipproduċu madwar terz tal-elettriku u 15 % tal-enerġija kkonsmata fl-Unjoni Ewropea (UE). Dan is-settur jirrappreżenta sors ta' enerġija b'livelli baxxi ta' karbonju u spejjeż relattivament stabbli, u jagħmluh attraenti mill-perspettiva ta' sigurtà tal-provvista u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Madankollu kull Stat Membru għandu l-jedd li jiddeċiedi jekk jużax din l-għażla ta' enerġija nukleari jew le. Il-bażi għall-enerġija nukleari fl-Ewropa tpoġġiet fl-1957 mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom). Il-funzjonijiet prinċipali tagħha kienu jikkonsistu fit-tmexxija ’l quddiem tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka, il-protezzjoni tal-pubbliku billi tistabbilixxi standards komuni ta' sigurtà, l-assigurazzjoni ta’ provvista adegwata u ekwitabbli ta' minerali u karburanti nukleari, is-superviżjoni tal-użu paċifiku tal-materjal nukleari, u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Miżuri speċifiċi adottati fuq livell Komunitarju huma mmirati biex jipproteġu s-saħħa ta' dawk li jaħdmu fis-settur u s-saħħa tal-pubbliku in ġenerali, u li jipproteġu l-ambjent mir-riskji assoċjati mal-użu ta' karburant nukleari u l-iskart li jirriżulta minnu.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna