EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-deċiżjonijiet dwar il-karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?

Huma jintroduċu karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea standard. Din tieħu post il-formoli E111 u E111B li kienu jintużaw qabel. Hija tagħti ċ-ċans liċ-ċittadini li jkunu qegħdin joqogħdu temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE jibbenifikaw minn proċeduri ta’ rimborż issimplifikati għal kwalunkwe kura tas-saħħa li jistgħu jingħataw.

PUNTI EWLENIN

  • Il-karta tinħareġ b’xejn mill-awtorità nazzjonali rilevanti tad-detentur. Din tiddeċiedi għal kemm għandha ddum valida.
  • Hija tista’ tintuża fit-28 pajjiż tal-UE (1) kollha, kif ukoll fl-Islanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Isvizzera taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiż.
  • Il-karta tiggarantixxi li l-istituzzjoni li tipprovdi l-kura medika lil resident temporanju tiġi rrimborżata.
  • Fuq il-karta jkun hemm l-isem, id-data tat-twelid u n-numru ta’ identifikazzjoni personali tad-detentur. L-informazzjoni tinkludi wkoll id-dettalji tal-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni medika tad-detentur.
  • Meta persuna assigurata ma tkunx tista’ tipproduċi l-karta, tista’ minflok tinħarġilha ċertifikat ta’ sostituzzjoni provviżorju ta’ validità limitata.
  • Il-karta hija ddisinjata skont format u speċifikazzjonijiet uniformi bil-għan li jkun żgurat li din tiġi rikonoxxuta faċilment mill-persunal mediku u mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni.
  • Il-karta mhijiex alternattiva għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u ma tkoprix l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa privata.

SFOND

Aktar tagħrif: Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

ATT

2003/751/KE: Id-Deċiżjoni Nru 189 tat-18 ta’ Ġunju 2003 immirata biex tintroduċi karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea biex tieħu post il-formoli meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 fir-rigward tal-aċċess għall-kura tas-saħħa matul soġġorn temporanju fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti jew l-Istat tar-residenza

2003/752/KE: Id-Deċiżjoni Nru 190 tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea

2003/753/KE: Id-Deċiżjoni Nru 191 tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar is-sostituzzjoni tal-formoli E 111 u E 111 B bil-karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

2003/751/KE: Id-Deċiżjoni Nru 189

18.6.2003

ĠU L 276, 27.10.2003, p. 1–3

2003/752/KE: Id-Deċiżjoni Nru 190

18.6.2003

ĠU L 276, 27.10.2003, p. 4–18

2003/753/KE: Id-Deċiżjoni Nru 191

18.6.2003

ĠU L 276, 27.10.2003, p. 19–21

l-aħħar aġġornament 22.09.2015



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top