RSS
Werrej alfabetiku

Miżuri għall-ħolqien tax-xogħol

Impjiegi u politika soċjali

L-impjiegi saru prijorità assoluta taħt l-Istrateġija riveduta ta' Liżbona. Dan huwa rifless fl-ipprogrammar tal-istrumenti finanzjarji tal-Komunità għall-perjodu 2007-2013 (il-Programm tal-Komunità għall-Impjiegi u Solidarjetà Soċjali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Iżvilupp Reġjonali Ewropew). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni qed tappoġġja l-ġlieda kontra l-qgħad u xogħol mhux iddikjarat permezz tal-immodernizzar tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi u l-promozzjoni ta' flessibbiltà fost min iħaddem u l-impjegati. Qed tinkoraġġixxi metodi differenti ta' politika skont is-setturi ekonomiċi ewlenin, bħas-servizzi, u l-kategoriji ta' impjegati li jistgħu jiġu integrati aħjar fis-suq tax-xogħol (eż. in-nisa u l-anzjani). Il-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri biex jużaw l-għajnuna mill-Istat u tnaqqis tal-VAT bħala strumenti biex ikabbru l-impjiegi.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna