RSS
Werrej alfabetiku

Impjiegi u politika soċjali: dimensjoni internazzjonali u tkabbir

Impjiegi u politika soċjali

Internazzjonalment, bħalma jsir fuq it-territorju tagħha, l-UE tistinka biex tiżgura li l-iżvilupp ekonomiku jkun akkumpanjat mill-progress soċjali. Għalhekk l-UE għamlet it-temi soċjali bħala suġġett tar-relazzjonijiet esterni tagħha, kemm fil-kuntest ta' globalizzazzjoni ġusta u sostenibbli kif ukoll bil-ħsieb ta' tkabbir futur. Fuq livell internazzjonali, tiffavorixxi l-konformità ma' standards bażiċi tax-xogħol, li hi tqis bħala parti integrali tad-drittijiet umani. Tipparteċipa wkoll b'mod attiv fid-difiża ta' opportunitajiet ugwali u l-ġlieda kontra diskriminazzjoni, u tippromwovi l-formazzjoni ta' sistema ekonomika ġusta. Fil-każ speċifiku tal-proċess ta' adeżjoni fl-UE, dan l-approċċ jiġi rifless fl-obbligu fuq pajjiżi kandidati biex jadottaw il-liġijiet stabbiliti tal-Unjoni (l-acquis tal-Unjoni).

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna