RSS
Werrej alfabetiku

Impjiegi u politika soċjali

Impjiegi u politika soċjali

Is-soċjetà Ewropea qed tinbidel, influwenzata minn fatturi differenti bħall-progress teknoloġiku, il-globalizzazzjoni tal-kummerċ u popolazzjoni dejjem tixjieħ. L-impjiegi fl-Ewropa, affarijiet soċjali u politika dwar opportunitajiet indaqs jikkontribwixxu biex itejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien tan-nies bil-ħsieb li jkun hemm tkabbir sostenibbli u koeżjoni soċjali akbar. L-Unjoni Ewropea (UE) għandha rwol ta' xprun fil-bidla soċjali. Introduċiet qafas legali protettiv għaċ-ċittadini Ewropej. Trawwem il-kooperazzjoni tal-Istati Membri, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' politika nazzjonali, u l-parteċipazzjoni ta' awtoritajiet lokali, unjins, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u partijiet interessati oħra involuti.

L-għanijiet ta' prijorità ta' din il-politika huma li jiżdiedu l-impjiegi u l-mobilità tal-ħaddiema, biex tittejjeb il-kwalità tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, biex il-ħaddema jiġu infurmati u kkonsultati, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u biex sistemi ta' protezzjoni soċjali jiġu mmodernizzati.

Ara wkoll

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna