RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Miżuri soċjali għall-gruppi fil-mira: diżabilità u xjuħija

Impjiegi u politika soċjali

Id-diżabilità hi realtà li fiha ħafna aspetti. Taffettwa xi individwi tul ħajjithom kollha u oħrajn taffettwahom biss fl-aħħar ta' ħajjithom. B'mod ġenerali, individwi li jkunu waslu fl-età tax-xjuħija jew li jkunu qed ibatu minn diżabilità, mhumiex ugwali f'termini ta' kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea qed taffaċċja taqlib demografiku mingħajr preċedenti. Dan se jkollu riperkussjonijiet kbar fuq is-soċjetà kollha kemm hi. Fuq livell Ewropew, l-Istituzzjonijiet jgħinu lill-Istati Membri biex tinħoloq soċjetà li hi aċċessibbli għal kulħadd billi jsaħħu l-kooperazzjoni ma' xulxin u bejniethom u jippromwovu l-ġbir, l-iskambju u l-ipproċessar ta' dejta, statistika u prattika tajba.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna