RSS
Werrej alfabetiku

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili

Impjiegi u politika soċjali

Sa mill-ħolqien tagħha, l-Unjoni Ewropea (UE) qieset il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bħala waħda mill-aktar missjonijiet urġenti tagħha. Għalkemm id-diskriminazzjoni, kemm jekk diretta jew indiretta, hi meqjusa bħala reat taħt il-liġi Ewropea, l-individwi madwar l-Ewropa, fuq bażi ta' kuljum, mhux qed jitħallew jgħixu l-ħajja soċjali jew professjonali tagħhom b'mod sħiħ minħabba kriterji każwali. Għal diversi snin l-enfasi tpoġġiet fuq il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità jew sess. Sa mill-1999, il-poteri tal-UE tkabbru biex jinkludu azzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. F'dan il-qasam, aktar minn kwalunkwe qasam ieħor, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaġixxu bħala intermedjarji essenzjali bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna