RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


It-taħriġ vokazzjonali

Edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ, sport

Iċ-ċittadini jridu jkunu kapaċi li jiksbu l-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa minnhom fl-ekonomija tal-lum ibbażata fuq l-għarfien. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għandhom rwol ewlieni. Il-kooperazzjoni Ewropea fil-VET għandha l-għan li tiftaħ is-suq tax-xogħol Ewropew għal kulħadd. Ibbażat fuq il-proċess ta' Copenhagen, huwa jikkonsisti fl-iżvilupp ta' oqfsa u għodod komuni Ewropej li jkabbru t-trasparenza, ir-rikonoxximent u l-kwalità tal-kompetenzi u l-kwalifiki, kif ukoll jiffaċilitaw il-mobilità ta' dawk li qed jitgħallmu u tal-ħaddiema. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) huma l-korpi ewlenin imdaħħla fis-sostenn tal-kooperazzjoni fil-VET.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna