RSS
Werrej alfabetiku

Tagħlim tul il-ħajja

Edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ, sport

Il-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali għall-kompetittività ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Huwa japplika għall-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jolqot kull stadju tal-ħajja, kif ukoll il-forom differenti ta' apprentistat. It-tagħlim tul il-ħajja għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini b'għodod għall-iżvilupp personali, integrazzjoni soċjali u parteċipazzjoni fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Il-programmi Comenius (għall-iskejjel), Erasmus (għall-edukazzjoni superjuri), Leonardo da Vinci (għat-taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali) u l-Grundtvig (għall-edukazzjoni tal-adulti), issa magħqudin taħt umbrella waħda tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna