RSS
Werrej alfabetiku

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Edukazzjoni u taħriġ: qafas ġenerali

Edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ, sport

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol ewlieni fit-trasformazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) f’waħda mis-soċjetajiet ewlenin fid-dinja u f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Mill-adozzjoni tal-Istrateġija ta' Lisbona fl-2000, issaħħet il-kooperazzjoni politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ — l-ewwel bil-programm ta' xogħol "Edukazzjoni u Taħriġ 2010", segwit mill-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ "ET 2020". Din il-kooperazzjoni wasslet għall-formazzjoni ta' miri u inizjattivi komuni li jindirizzaw it-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ u l-istadji kollha tat-tagħlim tul il-ħajja. Huma appoġġati minn numru ta' programmi ta' finanzjament, bħall-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2007-13 u l-Erasmus Mundi 2009-13. Barra minn hekk, numru ta' netwerks u aġenziji jappoġġaw azzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jiġifieri l-Aġenzija Eżekuttiva dwar l-Awdjoviziv, l-Edukazzjoni u l-Kultura u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna