RSS
Werrej alfabetiku
Din il-pagna hija disponibbli fi 22-il lingwa
Lingwi godda disponibbli:  BG - CS - ET - LV - LT - HU - MT - PL - RO - SK - SL

We are migrating the content of this website during the first semester of 2014 into the new EUR-Lex web-portal. We apologise if some content is out of date before the migration. We will publish all updates and corrections in the new version of the portal.

Do you have any questions? Contact us.


Eurydice

In-netwerk Eurydice huwa l-istrument ewlieni ta' strutturi ta' informazzjoni, sistemi u żviluppi fuq livell nazzjonali u Ewropew fil-qasam tal-edukazzjoni. L-għan tiegħu huwa li jtejjeb il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni tul il-ħajja kollha.

ATT

Resolution of the Council and Ministers for Education, meeting within the Council of 6 December 1990 concerning the Eurydice Education Information Network in the European Community [Official Journal C 329 of 31.12.1990] (Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-Ministri tal-Edukazzjoni, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-6 ta’ Diċembru 1990, dwar in-netwerk ta' informazzjoni Eurydice fil-Komunità Ewropea).

SOMMARJU

Il-missjoni tal- netwerk Eurydice (DE) (EN) (FR) hija li jipprovdi, lil kull persuna responsabbli għas-sistema ta’ tagħlim u għas-sistemi tal-edukazzjoni u tal-politika dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa, analiżi u informazzjoni fuq livell Ewropew sabiex jgħinuha fid-deċiżjoni tagħha.

In-netwerk Eurydice jqatta' bosta mill-ħin tiegħu fuq il-mod li bih l-edukazzjoni fl-Ewropa hija strutturata u organizzata f’kull livell. Dan jagħti informazzjoni vasta, li tinkludi :

  • deskrizzjonijiet dettaljati u deskrizzjonijiet fil-qosor tas-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali;
  • studji tematiċi komparattivi dwar suġġetti partikolari ta’ interess Ewropew;
  • indikaturi u statistiċi;
  • korp ta’ fatti u ċifri dwar l-edukazzjoni, bħal kalendarji skolastiċi u akkademiċi, tqabbil tas-salarji tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel u tal-ħin ta’ tagħlim.

Organizzazzjoni

In-netwerk Eurydice jappoġġa u jiffaċilita l-kooperazzjoni Ewropea fis-settur tal-edukazzjoni u tal-formazzjoni matul il-ħajja, billi jagħti informazzjoni dwar is-sistemi tal-edukazzjoni Ewropej kif ukoll analiżi ta’ dawn is-sistemi u politiki rilevanti.

Jikkonsisti minn 37 unità nazzjonali ibbażati fit-33 pajjiż li jipparteċipaw fil-programm tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-settur tal-edukazzjoni u tal-formazzjoni matul il-ħajja (l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, il-Kroazja u t-Turkija). Huwa kkoordinat u mmexxi mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-"Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura" tal-UE, ibbażata fi Brussell.

Mill-1980, in-netwerk Eurydice huwa wieħed mill-mekkaniżmi strateġiċi stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri sabiex jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fis-settur tal-edukazzjoni. Mill-2007, Eurydice jifforma parti integrali mill-programm ta’ azzjoni Ewropew dwar l-edukazzjoni u l-formazzjoni matul il-ħajja.

Kooperazzjoni ma’ sħab oħrajn

Eurydice jikkoopera mill-qrib ma’ diversi organizzazzjoijiet Ewropej u internazzjonali.

Mill-1995, ir-rapporti Ċifrelazzjoniri ewlenin huma ppubblikati fuq il-bażi ta’ sħubija bejn Eurydice u Eurostat (DE) (EN) (FR) (l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea). Eurydice jikkollabora mal-Eurostat għall-aġġornament u tiġdid regolari ta' din il-firxa wiesgħa ta’ indikaturi. Iċ-Ċentru ta’ riċerka għall-edukazzjoni u l-formazzjoni matul il-ħajja (CRELL) ilu mill-2005 sieħeb importanti wkoll fis-settur tal-indikaturi.

Wara l-assoċjazzjoni iktar mill-qrib bejn l-edukazzjoni u l-formazzjoni, Eurydice jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għal-iżvilupp tal-formazzjoni professjonali (Cedefop) kif ukoll mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), fir-rigward tat-Turkija u l-pajjiżi tal-Balkani.

Eurydice jikkoopera ukoll mal-Aġenzija Ewropea għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.

Fl-aħħar nett, it-Taqsima Ewropea ta’ Eurydice tgħin lill-Kummissjoni f’xogħolha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-UNESCO.

L-aħħar aġġornament: 13.09.2011
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna