RSS
Werrej alfabetiku

Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)

Żvilupp

L-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u Paċifiku (pajjiżi AKP) igawdu minn relazzjonijiet speċjali li jistgħu jiġu ntraċċati lura għaż-żmien tal-bidu tal-Unjoni. Dawn ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali jinsabu primarjament fil-qasam ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Il-Ftehim ta' Cotonou ffirmat fl-2000, ikompli fejn ħallew il-konvenzjonijiet preċedenti (Yaoundé, Lomé) u preżentement jipprovdi l-qafas ġenerali għal relazzjonijiet bejn l-Unjoni u d-79 pajjiż tal-AKP. Dan il-qafas hu msaħħaħ mill-komponenti reġjonali u nazzjonali u huwa supplimentat minn komponent finanzjarju rrappreżentat l-aktar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ).

Ara wkoll

  • Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit tas-Segretarjat tal-AKP (EN) (FR)
  • Ftehim internazzjonali (EN)
Avviż legali | Dwar dan is-sit | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna